1 of 43

Qari mill-Ewwel Ittrata’ San Pietru Appostlu

1 Piet 1, 3-9

2 of 43

Ikun imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu,

3 of 43

li fil-ħniena kbira tiegħu raġa’ wilidna għal tama ħajja bil-qawmien ta’ Ġesù Kristu mill-imwiet u għal wirt li la jitħassar,

4 of 43

la jittabba’, u lanqas jinxef. Dan il-wirt hu merfugħ għalikom fis-sema għax

5 of 43

intom tinsabu taħt il-ħarsien tal-qawwa ta’ Alla fil-fidi tagħkom li twassal

għas-salvazzjoni li lesta biex tidher fl-aħħar taż-żminijiet.

6 of 43

Għalhekk għandkom għax tifirħu mqar jekk issa, għal ftit żmien ieħor, jeħtiġilkom titnikktu taħt ħafna provi.

7 of 43

Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi

mill-prova l-fidi tagħkom, li tiswa aktar mid-deheb,

8 of 43

biex ikun jistħoqqilha tasal

għat-tifħir, għall-glorja, u għall-ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu. Lilu, għalkemm ma rajtuhx,

9 of 43

intom tħobbuh; fih, għad li issa m’intomx tarawh, intom temmnu; fih intom tifirħu b’ferħ glorjuż, li ma jistax jitfisser,

10 of 43

waqt li tiksbu l-għan tal-fidi tagħkom, li hu s-salvazzjoni tagħkom.

11 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

12 of 43

R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu

Salm Responsorjali

13 of 43

Irrodd ħajr lill-Mulej b’qalbi kollha,

fil-laqgħa tat-tajbin flimkien miġbura.

14 of 43

Kbar huma l-għemejjel

tal-Mulej;

ifittxuhom dawk kollha li jitgħaxxqu bihom.

15 of 43

R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu

16 of 43

Hu jagħti l-għajxien lil min jibża’ minnu,

jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.

17 of 43

Wera lill-poplu tiegħu

l-qawwa ta’ għemilu,

meta qassam lilhom art

il-ġnus.

18 of 43

R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu

19 of 43

Bagħat jifdi lill-poplu tiegħu,

waqqaf għal dejjem il-patt tiegħu.

20 of 43

Qaddis u tal-biża’ hu ismu!

Għal dejjem jibqa’ t-tifħir tiegħu!

21 of 43

R:/ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu

22 of 43

Hallelujah, Hallelujah

23 of 43

Ġesù Kristu, għad li kien għani, ftaqar minħabba fikom,

sabiex intom tistagħnu permezz tal-faqar tiegħu.

24 of 43

Hallelujah, Hallelujah

25 of 43

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 10, 17-27

Glorja lilek Mulej

26 of 43

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu:

27 of 43

“Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”.

Ġesù qallu:

28 of 43

“Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti

l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx,

29 of 43

la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u ’l ommok”.

30 of 43

U dak wieġbu u qallu:

31 of 43

“Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti”.

Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu:

32 of 43

“Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja”.

33 of 43

Imma għal dan il-kliem

ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid.

34 of 43

Ġesù mbagħad ħares ħarsa madwaru u qal lid-dixxipli tiegħu:

35 of 43

“Kemm hi iebsa

għall-għonja li jidħlu

fis-Saltna ta’ Alla!”.

36 of 43

Id-dixxipli stagħġbu għal  

din il-kelma, imma Ġesù raġa’ qalilhom:

37 of 43

“Kemm hi iebsa, uliedi, li wieħed jidħol fis-Saltna ta’ Alla!

38 of 43

Eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol

fis-Saltna ta’ Alla”.

39 of 43

Huma stagħġbu wisq aktar,

u bdew jgħidu wieħed lil ieħor:

“Mela min jista’ jsalva?”. 

40 of 43

Ġesù ħares lejhom u qalilhom:

41 of 43

“Għall-bnedmin dan ma jistax ikun, imma għal Alla iva; għax għal Alla kollox jista’ jkun”.

42 of 43

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

43 of 43