1 of 28

Għeluq il-Ktieb

tal-Profeta Mikea

Mik 7, 14-15.18-20

2 of 28

Irgħa l-poplu tiegħek taħt

ix-xettru tiegħek, il-merħla, il-wirt tiegħek, maqtugħa għalija ġol-foresta, fil-qalba ta’ ġnejna sabiħa.

3 of 28

Jalla tirgħa f’Basan u

f’Gilgħad, bħal fiż-żmien

ta’ dari!

Urina għeġubijietek, bħal meta ħriġt mill-Eġittu.

4 of 28

Min hu Alla bħalek li jneħħi l-ħażen, u jaħfer

id-dnub lil fdal wirtu? Hu ma żammx il-korla tiegħu għal dejjem,

5 of 28

għax lilu jogħġbu juri ħniena. U hu jerga’ jħenn għalina, jixħet ħżunitna taħt saqajh, jarmi ħtijietna kollha f’qiegħ il-baħar.

6 of 28

Ġib ruħek ma’ Ġakobb

bil-fedeltà, bil-ħniena ma’ Abraham, bħalma ħlift lil missirijietna żmien

il-qedem.

7 of 28

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

8 of 28

R:/ Uri lilna, Mulej,

it-tieba tiegħek

Salm Responsorjali

9 of 28

Urejt imħabbtek, Mulej, �lejn artek; reġġejt ’il �Ġakobb lura mill-jasar.

Neħħejt il-ħtija �tal-poplu tiegħek;

10 of 28

ħfirtilhom dnubiethom kollha.

Reġġajt lura l-qilla tiegħek;

taffejt is-saħna tal-korla tiegħek.

11 of 28

R./ Uri lilna, Mulej,

it-tieba tiegħek

12 of 28

Reġġagħna għal li konna, Alla tas-salvazzjoni tagħna, warrab minn fuqna

l-qilla tiegħek.

13 of 28

Se tibqa’ għal dejjem tinkorla għalina?

Se tibqa’ għal dejjem tagħdab kontrina?

14 of 28

R./ Uri lilna, Mulej,

it-tieba tiegħek

15 of 28

Mhux int li terġa’ tagħtina

l-ħajja,

biex jifrah bik il-poplu tiegħek?

16 of 28

Uri lilna, Mulej, it-tieba tiegħek,

u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.

17 of 28

R./ Uri lilna, Mulej,

it-tieba tiegħek

18 of 28

Hallelujah, Hallelujah

19 of 28

Jekk xi ħadd iħobbni, �iħares kelmti, jgħid il-Mulej,

u Missieri jħobbu, u aħna niġu għandu.

20 of 28

Hallelujah, Hallelujah

21 of 28

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 12, 46-50

R:/ Glorja lilek Mulej

22 of 28

F’dak iż-żmien, kif Ġesù kien għadu qiegħed

ikellem lin-nies, ġew ommu u ħutu, waqfu barra u fittxew li jkellmuh.

23 of 28

Xi ħadd qallu:

“Ara, ommok u ħutek

qegħdin barra jfittxu

li jkellmuk.”

Izda hu wieġeb lil dak li

24 of 28

kellmu, u qallu:

“Min hi ommi?

U min huma ħuti?”

25 of 28

Imbagħad medd idu lejn

id-dixxipli tiegħu u qal:

26 of 28

“Dawn, araw, huma ommi u ħuti. Għax kull min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu smewwiet, dak huwa ħija, o oħti, u ommi.”

27 of 28

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

28 of 28