1 of 34

Għeluq tal-Ittra ta’

San Ġuda

appostlu

Ġuda 17.20b-25

2 of 34

Għeżież, ftakru fil-ħwejjeġ

li l-appostli ta’ Sidna Ġesù Kristu kienu ħabbrulkom minn qabel.

3 of 34

Ibnu lilkom infuskom fuq

il-fidi l-aktar qaddisa tagħkom; itolbu fl-Ispirtu

s-Santu; żommu rwieħkom fl-imħabba ta’ Alla,

4 of 34

stennew il-ħniena ta’ Sidna Ġesù Kristu għall-ħajja ta’ dejjem.

Uru ħniena ma’ dawk li għadhom fid-dubju;

5 of 34

salvawhom u aħtfuhom min-nar; l-oħrajn, ħennu

għalihom, bil-biża’, waqt li tistkerrhu saħansitra l-libsa mċappsa b’ġisimhom.

6 of 34

Lil dak li għandu l-qawwa jħariskom mill-waqgħa,

u jqegħedkom bla tebgħa u ferħana quddiem is-sebħ tiegħu,

7 of 34

lil Alla waħdu Salvatur tagħna, permezz ta’ Ġesù Kristu Sidna,glorja, kobor,

8 of 34

qawwa u setgħa qabel kull żmien, issa, u għal dejjem ta dejjem. Ammen.

9 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

10 of 34

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

Salm Responsorjali

11 of 34

Alla, Alla tiegħi int;

lilek ħerqan infittex.

Ruħi bil-għatx għalik,

12 of 34

għalik imxennaq jiena,

bħal art niexfa,

maħruqa, bla ilma.

13 of 34

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

14 of 34

Għalhekk ġejt narak

fit-tempju mqaddes tiegħek,

biex nitgħaxxaq

bis-setgħa u l-glorja tiegħek.

15 of 34

Għax it-tieba tiegħek

aħjar mill-ħajja,

xufftejja jxandru

t-tifħir tiegħek.

16 of 34

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

17 of 34

Għalhekk inbierek tul ħajti kollha;

ngħolli idejja u nsejjaħ ismek.

18 of 34

Bħal b’ikel mill-aħjar

li jsemmen nimtela,

u jgħannilek fommi b’xufftejn ferrieħa.

19 of 34

R:/ Għalik imxennaq jiena, Mulej, Alla tiegħi

20 of 34

Hallelujah, Hallelujah

21 of 34

Il-kelma ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom; kulma tagħmlu roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.

22 of 34

Hallelujah, Hallelujah

23 of 34

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

Mk 11, 27-33

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 34

F’dawk iż-żmien, Ġesù u

d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u

25 of 34

l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh:

26 of 34

“Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?”

27 of 34

Ġesù qalilhom:

“Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien.

Weġbuni għaliha, u

28 of 34

ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu. �Il-magħmudija ta’ Ġwanni kienet ħaġa ġejja mis-sema jew mill-bnedmin?

29 of 34

Wegbuni.”

Dawk, bejnhom u bejn ruħhom, bdew jirraġunaw u jgħidu:

“Jekk imweġbuh:

30 of 34

‘Mis-sema,’ jgħidilna: ‘Mela għaliex ma emmintuhx?’

Mela ngħidulu:

‘Mill-bnedmin’?”

31 of 34

Huma kienu jibżgħu

min-nies, għax kulħadd kien iżomm li Ġwanni kien tabilħaqq profeta. Għalhekk lil Ġesù weġbuh u qalulu:

32 of 34

“Ma nafux.”

U Ġesù qalilhom:

“Mela anqas jien ma ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan.”

33 of 34

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

34 of 34