L-Ewwel Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Uri lilna, Mulej,
it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Noè
niltaqgħu ma …
Noè kien raġel li
kien jaf jisma’
lil Alla u jagħmel
għażliet tajba.
Min kien Noè?
Alla riedu jibni arka
u hekk isalva lill-familja
tiegħu u l-annimali minn
dulluvju kbir (ara Mt 24:37-44).
X’ried Alla minnu?
Noè jgħallimna jkollna
qalb attenta biex tisma’
lil Alla u tagħmel dak li
jixtieq minnha.
X’jgħallimna Noè?
L-Ewwel Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Uri lilna, Mulej,
it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
L-Ewwel Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Uri lilna, Mulej,
it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Qari I
Il-Mulej jiġma’ l-ġnus kollha fis-sliem tas-saltna ta’ dejjem.
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Isaija.2, 1-5
Il-kelma
li ġiet f’dehra
lil Isaija bin Amos,
dwar Ġuda u Ġerusalemm.
Għad jiġri
fl-aħħar jiem
li l-għolja
tad-dar tal-Mulej
togħla ’l fuq
mill-qċaċet tal-muntanji,
u tintrefa’ ’l fuq
mill-għoljiet,
lejha għad jiġru
l-ġnus kollha.
Kotra ta’ popli
għad jiġu u jgħidu:
«Ħalli mmorru u nitilgħu fuq l-għolja tal-Mulej,
lejn id-dar
ta’ Alla ta’ Ġakobb,
«biex jgħallimna triqatu,
u nimxu
fil-mogħdijiet tiegħu.»
Għax minn Sijon
joħroġ it-tagħlim,
u l-kelma tal-Mulej
minn Ġerusalemm.
Il-Mulej
jagħmel il-ħaqq
bejn il-ġnus,
u jaqta’ s-sentenza
bejn ħafna popli;
u huma jibdlu
x-xwabel tagħhom
f’sikek tal-moħriet,
u l-lanez tagħhom
fi mnieġel.
Ebda ġens
ma jerfa’ x-xabla
kontra ġens ieħor,
u s-sengħa tal-gwerra
ma jitgħallmuhiex iżjed.
Ejja, dar Ġakobb,
ħalli nimxu
fid-dawl tal-Mulej!
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali �121 (122), 1-2.4-5.6-7. 8-9
℟. Immorru ferħana � f’dar il-Mulej.
Fraħt meta qaluli:
«Sejrin f’dar il-Mulej!»
Diġa’ qegħdin riġlejna
fi bwiebek, Ġerusalemm!
℟. Immorru ferħana � f’dar il-Mulej.
Lejha t-tribujiet jitilgħu,
it-tribujiet tal-Mulej,
biex, skont il-liġi ta’ Iżrael,�ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu
t-tronijiet tal-ħaqq,
it-tronijiet tad-dar ta’ David.
℟. Immorru ferħana � f’dar il-Mulej.
Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm:
Ħa jkollhom is-sliem
dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem
ġewwa l-ħitan tiegħek,
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!
℟. Immorru ferħana � f’dar il-Mulej.
Minħabba ħuti u ħbiebi,
ħallini ngħidlek:
«Is-sliem għalik!»
Minħabba f’dar il-Mulej,
Alla tagħna,
nixtieq illi jkollok il-ġid.
℟. Immorru ferħana � f’dar il-Mulej.
Qari II
Is-salvazzjoni tagħna fil-qrib.
Qari mill-Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lir-Rumani. 13, 11-14a
Ħuti,
waslet is-siegħa
li intom tqumu min-ngħas;
Għax is-salvazzjoni tagħna
hi eqreb minn meta bdejna nemmnu.
Il-lejl għoddu għadda,
u qorob il-jum.
Inwarrbu mela
l-għemil tad-dlam
u nilbsu l-armi tad-dawl.
Ngħixu kif jixraq,
bħal f’bi nhar;
mhux bl-ikel iż-żejjed
u s-sokor,
mhux biż-żìna
u t-tbahrid,
mhux bil-ġlied u l-għira.
Imma ilbsu
lil Sidna Ġesù Kristu
u ħallukom
mill-ħsieb tal-ġisem
u l-ġibdiet tiegħu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah , Hallelujah
Salm 84 (85), 8
Uri lilna, Mulej,
it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Hallelujah , Hallelujah
Evanġelju
Ishru biex tkunu lesti.
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Mattew. 24, 37-44
F’dak iż-żmien,
Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
«Bħal fi żmien Noè,
hekk tkun il-miġja
ta’ Bin il-bniedem.
«Għax kif fiż-żmien
ta’ qabel id-dilluvju
kienu jieklu u jixorbu, jiżżewġu u jżewġu
«sa dakinhar li Noè
daħal fl-arka,
u b’xejn ma ntebħu
sa ma wasal id-dilluvju
u ġarr lil kulħadd,
«hekk tkun il-miġja
ta’ Bin il-bniedem.
«Imbagħad tnejn
ikunu fl-għalqa:
wieħed jittieħed
u l-ieħor jitħalla;
«żewġ nisa
jkunu jitħnu flimkien:
waħda tittieħed
u l-oħra titħalla.
«Ishru, mela,
għax ma tafuhx il-jum
li fih jiġi Sidkom.
«Kunu afu dan,
li kieku sid id-dar
kellu jkun jaf
f’liema sahra tal-lejl
se jiġi l-ħalliel,
«kien jishar
u ma jħallix min jinfidlu
l-ħitan ta’ daru.
«Mela kunu lesti
intom ukoll, għax qatt
ma tistgħu tobsru
s-siegħa li fiha jiġi
Bin il-bniedem.»
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
L-Ewwel Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Uri lilna, Mulej,
it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
L-Ewwel Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Uri lilna, Mulej,
it-tjieba tiegħek,
u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.