1 of 49

Qari mit-Tieni Ktieb

ta’ Samwel

2 Sam 12, 1-7a.10-17

2 of 49

F’dak iż-żmien, il-Mulej bagħat lil Natan il-profeta għand David.

U mar għandu u qallu:

3 of 49

“Kien hemm żewġt irġiel mill-istess belt, wieħed sinjur u l-ieħor fqir.

Is-sinjur kellu kotra kbira ta’ nagħaġ u baqar.

4 of 49

Il-fqir ma kellu xejn ħlief ħarufa żgħira, li kien xtara.

5 of 49

Hu rabbieha, u kibret flimkien miegħu u ma’ wliedu, kienet tiekol

mill-ftiet tiegħu, tixrob

mill-kus tiegħu,

6 of 49

u torqod fi ħdanu; għalih kienet qisha bintu. Darba waħda ġie vjaġġatur għand is-sinjur;

7 of 49

dan ma kellux qalb jieħu min-nagħaġ u l-baqar tiegħu biex ilesti

l-ikel lill-vjaġġatur li kien wasal għandu.

8 of 49

Ħa l-ħarufa ta’ dak

l-imsejken raġel, u ħejja

l-ikel għal dak li kien ġie għandu.”

9 of 49

David xegħel bl-għadab għal dan il-bniedem, u qal lil Natan:

10 of 49

“Daqs kemm hu ħaj

il-Mulej, il-bniedem li għamel dan ħaqqu l-mewt. Il-ħarufa jħallas għaliha erba’ darbiet,

11 of 49

għax għamel dan u ma kellux ħniena.”

Imbagħad Natan qal lil David:

12 of 49

“Inti hu dak il-bniedem!

U issa dan jgħid il-Mulej:

13 of 49

‘Ma titwarrab qatt ix-xabla mill-familja tiegħek talli int stmerrejtni, u ħadt lil mart Urija l-Ħitti biex tkun martek.”

14 of 49

Dan jgħid il-Mulej:

15 of 49

‘Arani se naqlagħlek

l-inkwiet mill-familja

tiegħek stess; neħodlok

in-nisa tiegħek minn taħt għajnejk,

16 of 49

ħaddieħor, u jimtedd magħhom għad-dawl ta’ din ix-xemx.

17 of 49

Int għamilt kollox

bil-moħbi, imma jien

nagħmlu għad-dawl

tax-xemx, quddiem Iżrael kollu.’ ”

18 of 49

U David qal lil Natan:

“Jiena dnibt kontra

l-Mulej!”

U Natan wieġbu:

19 of 49

“Il-Mulej ukoll ħafirlek dnubek; int ma tmutx;

imma billi int b’għemilek stmerrejt il-Mulej, l-iben li jitwelidlek żgur li jmut.”

20 of 49

U Natan mar lura lejn daru.

U l-Mulej darab it-tifel li wildet lil David mart Urija u marad.

21 of 49

U David talab lil Alla

għat-tarbija u sam, u mar u għadda l-lejl mixħut fl-art.

22 of 49

U qagħdu x-xjuħ ta’ daru ħdejh biex iqajmuh mill-art,

iżda hu ma riedx, u ma kiel xejn magħhom.

23 of 49

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

24 of 49

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

Salm Responsorjali

25 of 49

Oħloq fija qalb safja, o Alla,

u spirtu qawwi ġedded fija.

La twarrabnix minn quddiemek;

26 of 49

tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.

27 of 49

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

28 of 49

Roddli l-hena

tas-salvazzjoni tiegħek,

u bi spirtu qalbieni wettaqni.

29 of 49

Lill-midinbin ngħallem triqatek,

u l-ħatjin lejk jerġgħu lura.

30 of 49

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

31 of 49

Eħlisni mill-piena

tal-mewt, o Alla,

Alla tas-salvazzjoni tiegħi;

u lsieni jfaħħar il-ġustizzja tiegħek.

32 of 49

Iftaħli xufftejja, Sidi,

u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.

33 of 49

R:/ Oħloq fija qalb safja, o Alla

34 of 49

Hallelujah, Hallelujah

35 of 49

Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni,

biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu

l-ħajja ta’ dejjem.

36 of 49

Hallelujah, Hallelujah

37 of 49

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 4, 35-41

R:/ Glorja lilek Mulej

38 of 49

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal

lid-dixxipli:

39 of 49

“Ejjew naqsmu għax-xatt

l-ieħor.”

40 of 49

Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien

fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra.

41 of 49

U qam riefnu kbir, u

l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk

li kienet ġa bdiet timtela

bl-ilma.

42 of 49

Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu:

43 of 49

“Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”

Imbagħad qam, ordna

lir-riħ u qal lill-baħar:

44 of 49

“Iskot! Biżżejjed!”

U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira. U qalilhom:

45 of 49

“Dal-biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?”

46 of 49

U qabadhom biża’ kbir, u bdew jgħidu lil xulxin:

47 of 49

“Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?”

48 of 49

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

49 of 49