Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Eżekjel
Eżek 37, 1-14
F’dak iż-żmien ġiet fuqi id il-Mulej u ħaditni fl-ispirtu tal-Mulej u qegħditni f’nofs il-wied. Dan kien miżgħud bl-għadam.
Huwa għaddieni dawramejt madwarhom, u kien hemm kotra kbira mxerrda
mal-wied, u kienu kollha niexfa qoxqox.
U l-Mulej qalli:
“O bniedem, jista’ dan
l-għadam jerġa’ jieħu
l-ħajja?”.
Jiena weġibt:
“Sidi Mulej, dan inti tafu”.
U qalli
“Ħabbar lil dan l-għadam u għidlu: ‘O għadam niexef, isma’ l-kelma tal-Mulej.
Hekk qal Sidi l-Mulej:
Ara, jien se nġib fik ir-ruħ, inti terġa’ tgħix. U nqiegħed fik in-nervi, u ntellagħlek il-laħam, u niksik bil-ġilda, u nqiegħed fik ir-ruħ.
U inti terġa’ tgħix, u tkun taf li jiena l-Mulej’.
Imbagħad ħabbart kif ordnali.
U jiena u nħabbar instama’ ħoss, u ara, l-għadam tqanqal, u kollha bdew resqin lejn xulxin, għadma lejn għadma.
Jien ħarist, u ara, ġew fihom in-nervi, telgħalhom
il-laħam, fuqhom infirxet
il-ġilda, imma nifs ma kienx hemm fihom.
U qalli:
“Ħabbar lir-ruħ, ħabbar, o bniedem, u għid lir-ruħ: ‘Hekk qal Sidi l-Mulej:
Ejja, ruħ, mill-erbat irjieħ tad-dinja, onfoħ fuq dawn il-mejtin, ħa jerġgħu jieħdu l-ħajja’.
Jien ħabbart kif ordnali, u
r-ruħ daħlet fihom, u reġgħu ħadu l-ħajja, u waqfu fuq riġlejhom, eżerċtu kbir fuq li kbir. U qalli:
“O bniedem, dan l-għadam huwa d-dar kollha ta’ Iżrael. Ara, huma jgħidu:
‘Nixef għadamna, it-tama tagħna għabet, inqridna għalkollox’.
Għalhekk ħabbrilhom u għidilhom:
“Hekk qal Sidi l-Mulej: Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom, u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom,
ja poplu tiegħi, u nġibkom lura f’art Iżrael.
Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ
l-oqbra tagħkom u ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, poplu tiegħi.
U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu
l-ħajja. Inqegħedkom f’artkom u tkunu tafu li jiena l-Mulej.
Hekk għedt, u hekk nagħmel””.
Oraklu tal-Mulej.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tieba tiegħu
Salm Responsorjali
Ħa jgħidu hekk il-mifdijin tal-Mulej,
dawk li hu fdiehom
mill-ħakma tal-għadu;
ġabarhom minn ħafna artijiet,
mil-Lvant u l-Punent,
mit-Tramuntana u
n-Nofsinhar.
R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tieba tiegħu
Kienu jiġġerrew fid-deżert, u jterrqu fix-xagħri;
belt fejn jgħammru ma sabux.
Bil-għatx u bil-ġuħ, saħħithom bdiet tħallihom.
R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tieba tiegħu
Għajtu lill-Mulej fl-hemm tagħhom,
u mid-dwejjaq tagħhom ħelishom.
U qabbadhom it-triq
it-tajba,
biex imorru f’belt fejn jgħammru.
R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tieba tiegħu
Ħa jroddu ħajr lill-Mulej għal tjubitu,
għall-għeġubijiet tiegħu
mal-bnedmin.
Għaliex hu jxabba’ lil min hu bil-għatx,
u jimla bil-ġid lil min hu
bil-ġuħ.
R:/ Roddu ħajr lill-Mulej, għax għal dejjem it-tieba tiegħu
Hallelujah, Hallelujah
Mulej, għallimni
l-mogħdijiet tiegħek.
Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 22, 34-40
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù
lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom,
għaref fil-Liġi, għamillu din
il-mistoqsija biex iġarrbu
“Mgħallem, liema hu
l-kmandament il-kbir,
fil-Liġi?”.
Qallu Ġesù:
“Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu.
Dan hu l-kmandament
il-kbir u l-ewwel wieħed.
U t-tieni jixbhu: Ħobb lil għajrek bħalek innifsek.
Dawn iż-żewġ kmandamenti
huma l-qofol tal-Liġi kollha u tal-Profeti”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu