1 of 66

Sena A

“Il-Verb sar bniedem

u għammar fostna,

u lil dawk li laqgħuh

tahom is-setgħa

li jsiru wlied Alla.”

It-Tieni Ħadd

Matul is-Sena

2 of 66

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 66

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 66

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 66

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 66

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 66

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 66

Sena A

“Il-Verb sar bniedem

u għammar fostna,

u lil dawk li laqgħuh

tahom is-setgħa

li jsiru wlied Alla.”

It-Tieni Ħadd

Matul is-Sena

9 of 66

Qari I

Jiena nagħmel minnek dawl għall-ġnus.

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Isaija. 49, 3.5-6

10 of 66

Il-Mulej qalli:

«Iżrael,

inti l-qaddej tiegħi,

bik jiena nkun imfaħħar.»

11 of 66

Issa tkellem il-Mulej,

li minn ġuf ommi għamilni qaddej tiegħu,

12 of 66

biex għandu

nraġġa’ lura lil Ġakobb,

u biex Iżrael jinġabar miegħu mill-ġdid

13 of 66

– għax jien kont imfaħħar f’għajnejn il-Mulej,

u Alla tiegħi

kien il-qawwa tiegħi –

14 of 66

u Hu qalli:

«Tkun

ħaġa żgħira wisq għalik,

li inti tkun

il-qaddej tiegħi,

15 of 66

«biex tqajjem

it-tribù ta’ Ġakobb,

u traġġa’ lura

l-fdal ta’ Iżrael.

16 of 66

«Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus,

biex is-salvazzjoni tiegħi

sa truf l-art tinfirex.»

17 of 66

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

18 of 66

Salm Responsorjali

Salm39 (40), 2.4ab.7-8a.8b-9.10

℟. Hawn jien, Mulej,

ġej nagħmel

ir-rieda tiegħek.

19 of 66

Ittamajt b’tama qawwija

fil-Mulej;

hu niżel ħdejja

u sama’ l-għajta tiegħi.

20 of 66

Qegħedli fuq fommi

għanja ġdida,

għanja ta’ tifħir

lil Alla tagħna.

21 of 66

℟. Hawn jien, Mulej,

ġej nagħmel

ir-rieda tiegħek.

22 of 66

Int ma titgħaxxaqx

b’sagrifiċċji u b’offerti;

imma widnejja inti ftaħtli;

23 of 66

ma tlabtnix

vittmi tal-ħruq

u tat-tpattija.

Imbagħad jien għedt:

«Hawn jien, ġej.»

24 of 66

℟. Hawn jien, Mulej,

ġej nagħmel

ir-rieda tiegħek.

25 of 66

«Fil-bidu tal-ktieb

hemm miktub fuqi

li nagħmel

ir-rieda tiegħek.

26 of 66

«Alla tiegħi,

dan jogħġobni;

il-liġi tiegħek

ġewwa qalbi.»

27 of 66

℟. Hawn jien, Mulej,

ġej nagħmel

ir-rieda tiegħek.

28 of 66

Xandart il-ġustizzja

f’ġemgħa kbira;

xufftejja ma żammejthomx magħluqa.

Mulej, dan inti tafu.

29 of 66

℟. Hawn jien, Mulej,

ġej nagħmel

ir-rieda tiegħek.

30 of 66

Qari II

Grazzja lilkom u sliem minn Alla Missierna

u Sidna Ġesù Kristu.

Bidu tal-Ewwel Ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lill-Korintin. 1, 1-3

31 of 66

Pawlu,

li Alla ried isejjaħlu

biex ikun appostlu

ta’ Kristu Ġesù,

u Sòsteni ħuna,

32 of 66

lill-knisja ta’ Alla

li qiegħda f’Korintu;

33 of 66

lil dawk

li tqaddsu fi Kristu Ġesù,

34 of 66

imsejħa

biex ikunu qaddisin flimkien ma’ dawk kollha

35 of 66

li f’kull pajjiż

isejħu l-isem

ta’ Ġesù Kristu,

is-Sid tagħhom u tagħna;

36 of 66

grazzja u sliem

mingħand Alla missierna

u l-Mulej Ġesù Kristu.

37 of 66

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

38 of 66

Hallelujah, Hallelujah.

39 of 66

Ġw 1, 14a.12a

Il-Verb sar bniedem

u għammar fostna,

u lil dawk li laqgħuh

tahom is-setgħa

li jsiru wlied Alla.

40 of 66

Hallelujah, Hallelujah.

41 of 66

Evanġelju

Hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla,

li jneħħi d-dnubiet tad-dinja.

✠ Qari mill-Evanġelju

skont San Ġwann. 1, 29-34

42 of 66

F’dak iż-żmien,

Ġwanni, ra lil Ġesù

riesaq lejh, u qal:

43 of 66

«Araw

il-Ħaruf ta’ Alla,

li jneħħi d-dnub tad-dinja.

44 of 66

«Dan hu li għalih

għedtilkom:

“Warajja ġej bniedem

li hu aqwa minni,

għax kien qabli.”

45 of 66

«Anqas jien stess

ma kont nafu,

46 of 66

«imma jien għalhekk

ġejt ngħammed bl-ilma,

biex hu jkun mgħarraf

lil Iżrael.»

47 of 66

U Ġwanni

xehed għalih

u qal:

48 of 66

«Jiena rajt l-Ispirtu

nieżel mis-sema

bħal ħamiema

u joqgħod fuqu.

49 of 66

«Tabilħaqq,

anqas jien ma kont nafu;

imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma,

hu stess qalli:

50 of 66

“Fuq min tara l-Ispirtu jinżel

u joqgħod,

dak hu li jgħammed

bl-Ispirtu s-Santu.”

51 of 66

«Dan rajtu b’għajnejja,

u għalhekk xhedt,

dan hu l-Iben ta’ Alla.»

52 of 66

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Tifħir lilek Kristu.

53 of 66

Sena A

“Il-Verb sar bniedem

u għammar fostna,

u lil dawk li laqgħuh

tahom is-setgħa

li jsiru wlied Alla.”

It-Tieni Ħadd

Matul is-Sena

54 of 66

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

55 of 66

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

56 of 66

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

57 of 66

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

58 of 66

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

59 of 66

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

60 of 66

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

61 of 66

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

62 of 66

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

63 of 66

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

64 of 66

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

65 of 66

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

66 of 66

Sena A

“Il-Verb sar bniedem

u għammar fostna,

u lil dawk li laqgħuh

tahom is-setgħa

li jsiru wlied Alla.”

It-Tieni Ħadd

Matul is-Sena