1 of 51

Festa Solenni

San Ġużepp

l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija

2 of 51

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 51

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 51

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 51

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 51

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 51

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 51

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 51

Festa Solenni

San Ġużepp

l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija

10 of 51

Qari mit-Tieni Ktieb�ta’ Samwel�2 Sam 7: 4-5a.12-14a.16

11 of 51

F’dak iż-żmien: Il-Mulej kellem lil Natan u qallu:

12 of 51

“Mur u għid lill-qaddej tiegħi David: Dan jgħid

il-Mulej:

13 of 51

‘Meta inti ttemm żmienek u tkun striħajt ma’ missirijietek, jiena nqajjem nislek warajk, nisel ħareġ minn ħdanek,

14 of 51

u nsaħħaħ is-saltna tiegħu. Huwa jibni dar lil ismi, u jiena nsaħħaħ

it-tron tas-saltna tiegħu għal dejjem.

15 of 51

Jiena nkun għalih missier, u hu jkun għalija iben.

Il-familja tiegħek u

s-saltna tiegħek jibqgħu sħaħ għal dejjem quddiemi,

16 of 51

u t-tron tiegħek jitwettaq għal dejjem.”

17 of 51

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

18 of 51

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

Salm Responsorjali

19 of 51

It-tjieba tal-Mulej irrid dejjem ngħanni,

minn nisel għal nisel b’fommi nxandar il-fedeltà tiegħek.

20 of 51

Għax jien għidt:

“Il-ħniena hi mwaqqfa għal dejjem;

fis-sema int wettaqt

il-fedeltà tiegħek.”

21 of 51

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

22 of 51

“Għamilt patt

mal-magħżul tiegħi,

u ħlift lil David, il-qaddej tiegħi:

23 of 51

Nagħmel li n-nisel tiegħek jibqa’ għal dejjem

u li t-tron tiegħek, jibqa’ sħiħ f’kull nisel.”

24 of 51

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

25 of 51

Hu jsejjaħli: Missieri int,

Alla tiegħi blata

tas-salvazzjoni tiegħi!

26 of 51

It-tjieba tiegħi fuqu nżommha għal dejjem,

u l-patt tiegħi miegħu jibqa’ sħiħ.

27 of 51

R:/ In-nisel tiegħu jibqa’ għal dejjem!

28 of 51

Qari mill-Ittra ta’ �San Pawl Appostlu �lir-RumaniRum 4: 13.16-18.22

29 of 51

Ħuti: Lil Abraham jew

lin-nisel tiegħu l-wegħda li jirtu d-dinja ma saritilhomx permezz tal-liġi,

30 of 51

imma permezz

tal-ġustifikazzjoni bil-fidi.

31 of 51

Għalhekk il-wegħda

mal-fidi hi marbuta, biex tkun mogħtija bħala grazzja, u hekk tibqa’ sħiħa għal uliedu kollha,

32 of 51

mhux biss dawk li jgħixu bil-liġi, imma wkoll dawk li jgħixu bil-fidi ta’ Abraham,

il-missier tagħna ukoll,

33 of 51

skont ma hemm miktub, ‘Jiena nagħmel minnek missier ta’ kotra ta’ ġnus,’ missierna quddiem Alla li fih hu emmen,

34 of 51

li jagħti l-ħajja lill-mejtin, u li jsejjaħ fl-eżistenza lil dak li ma jeżistix.

Meta ma seta’ jara ebda tama,

35 of 51

Abraham ittama u emmen; u hekk sar missier ta’ kotra kbira ta’ ġnus, skont ma kien intqal lilu,

36 of 51

‘Hekk għad ikun kotran

in-nisel tiegħek.’

37 of 51

U kien għalhekk li dan ġie lilu meqjus b’ġustifikazzjoni.

38 of 51

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

39 of 51

Glorja u Tifħir

Glorja u Tifħir

Lilek Kristu

40 of 51

Hienja dawk li jgħammru fit-Tempju tiegħek, Mulej:

huma jfaħħruk għal dejjem.

41 of 51

Glorja u Tifħir

Glorja u Tifħir

Lilek Kristu

42 of 51

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 1: 16.18-21.24a

R:/ Glorja lilek Mulej

43 of 51

Ġakobb nissel ’il Ġużeppi, ir-raġel ta’ Marija, li minnha twieled Ġesù li jsejħulu Kristu. It-tnissil ta’ Ġesù Kristu sar hekk:

44 of 51

Ommu Marija, wara li tgħarrset ma’ Ġużeppi, qabel ma marru joqogħdu flimkien, ħarġet tqila bil-ħidma

tal-Ispirtu s-Santu.

45 of 51

Żewġha Ġużeppi, li kien raġel ġust u li ma riedx ixandarha quddiem kulħadd, għamel f’rasu li jibgħatha bil-moħbi tan-nies.

46 of 51

Wara li qatagħha li jagħmel hekk, deherlu anġlu tal-Mulej fil-ħolm u qallu:

47 of 51

“Ġużeppi, bin David, la tibżax tilqa’ għandek lil Marija b’martek, għax dak li tnissel fiha ġie bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

48 of 51

Hi jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.”

49 of 51

Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu

tal-Mulej.

50 of 51

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

51 of 51

Festa Solenni

San Ġużepp

l-Għarus tal-Verġni Mqaddsa Marija