1 of 81

Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Sena Ċ

“Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema.”

2 of 81

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 81

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 81

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 81

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 81

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 81

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 81

Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Sena Ċ

“Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema.”

9 of 81

Qari I

Kien meħud ’il fuq waqt li huma kienu jħarsu lejh.

Bidu tal-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli. Atti 1:1-11

10 of 81

Fl-ewwel rakkont tiegħi, Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien għamel u għallem minn mindu beda sal-jum

li fih kien meħud fis-sema,

11 of 81

wara li, permezz tal-Ispirtu

s-Santu, ta l-ordnijiet tiegħu lill-appostli li hu kien għażel.

12 of 81

Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj;

13 of 81

f’erbgħin jum rawh

kemm-il darba u

kellimhom fuq il-ħwejjeġ

tas-Saltna ta’ Alla.

14 of 81

Meta kien għadu magħhom, ordnalhom biex ma jitilqux minn Ġerusalemm,

15 of 81

imma joqogħdu jistennew

sa ma sseħħ il-wegħda

tal-Missier,

16 of 81

“li fuqha” – qalilhom –

“smajtu x’kont għedtilkom: Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom,

17 of 81

fi ftit jiem oħra titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu”.

18 of 81

Kif kienu flimkien staqsewh: “Mulej, hu dan iż-żmien li fih int se terġa’ twaqqaf is-Saltna ta’ Iżrael?”.

19 of 81

Hu weġibhom:

“Mhijiex biċċa tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien

li l-Missier għażel bis-setgħa tiegħu.

20 of 81

Imma meta jiġi fuqkom

l-Ispirtu s-Santu,

intom tirċievu l-qawwa,

21 of 81

u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha u s-Samarija u sa truf

l-art”.

22 of 81

Wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħud ’il fuq,

u sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom.

23 of 81

Waqt li kienu b’għajnejhom

fis-sema jħarsu lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru ħdejhom żewġt irġiel libsin l-abjad,

24 of 81

u qalulhom:

“Irġiel tal-Galilija, x’intom tħarsu lejn is-sema?

25 of 81

Dan Ġesù, li kien meħud

minn magħkom lejn is-sema, għad jerġa’ jiġi kif rajtuh sejjer”.

26 of 81

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

27 of 81

Salm Responsorjali

Salm 46(47):2-3,6-7,8-9

℟. Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ.

28 of 81

Popli kollha, ċapċpu jdejkom,

għajtu b’leħen ta’ ferħ lil Alla!

29 of 81

Għax il-Mulej, l-Għoli,

hu tal-biża’,

sultan kbir fuq l-art kollha.

30 of 81

℟. Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ.

31 of 81

Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ,

il-Mulej bid-daqq tat-trombi.

32 of 81

Għannu lil Alla,

għannu,

għannu lis-sultan tagħna, għannu.

33 of 81

℟. Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ.

34 of 81

Għax Alla s-sultan

tal-art kollha:

għannulu bis-sengħa

għanja sabiħa.

35 of 81

Isaltan Alla fuq il-ġnus kollha,

joqgħod Alla fuq it-tron imqaddes tiegħu.

36 of 81

℟. Tela’ Alla b’għajat ta’ ferħ.

37 of 81

Qari II �Kristu daħal fis-sema stess.

Qari

mill-Ittra lil-Lhud Lhud 9:24-28; 10:19-23

38 of 81

Kristu ma daħalx f’santwarju magħmul b’idejn il-bnedmin

li hu biss xbieha tas-santwarju veru,

39 of 81

imma daħal fis-sema stess, biex issa jidher għalina quddiem Alla.

40 of 81

U daħal hemm mhux biex minn żmien għal żmien joffri lilu nnifsu bħalma

41 of 81

l-qassis il-kbir jidħol kull sena fis-santwarju biex joffri demm ħaddieħor.

42 of 81

Li kieku kien hekk,

kien ikollu jbati ħafna drabi

sa mill-ħolqien tad-dinja.

43 of 81

Iżda issa deher darba għal dejjem, meta waslet il-milja taż-żminijiet,

44 of 81

biex ineħħi d-dnub

bis-sagrifiċċju tiegħu nnifsu.

45 of 81

U kif hu miktub

għall-bnedmin li għandhom imutu darba biss,

u wara dan isir il-ġudizzju,

46 of 81

hekk ukoll Kristu,

wara li offra lilu nnifsu

darba biss biex jitgħabba

bid-dnubiet tal-kotra,

47 of 81

għad jerġa’ jidher darb’oħra, mhux biex ineħħi d-dnubiet,

48 of 81

imma biex isalva lil dawk li qegħdin jistennewh bil-ħerqa.

49 of 81

Ladarba, ħuti, għandna

l-fiduċja li nidħlu

fis-Santwarju bis-saħħa

tad-demm ta’ Ġesù billi ngħaddu mit-triq,

50 of 81

ġdida u ħajja, li hu fetħilna

’l ġewwa mill-velu,

li hu l-ġisem tiegħu stess;

51 of 81

u ladarba għandna dan

il-qassis il-kbir imqiegħed

fuq il-familja ta’ Alla,

52 of 81

ejjew nersqu b’qalb sinċiera

u b’fidi sħiħa,

53 of 81

bi qlubna mnaddfin minn kuxjenza ħażina u l-ġisem tagħna maħsul b’ilma safi.

54 of 81

Inżommu sħiħ fl-istqarrija qawwija tat-tama tagħna,

għax ta’ kelmtu huwa dak li għamlilna l-wegħda.

55 of 81

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

56 of 81

Hallelujah, Hallelujah

57 of 81

Mt 28:19a,20b

Morru agħmlu dixxipli

mill-ġnus kollha,

jgħid il-Mulej.

Jiena magħkom dejjem,

sal-aħħar taż-żmien.

58 of 81

Hallelujah, Hallelujah

59 of 81

Evanġelju

Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema.

    • Għeluq tal-Evanġelju

skont San Luqa Lq 24:46-53

60 of 81

F’dak iż-żmien,

Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

61 of 81

“Hekk kien miktub,

li l-Messija jbati u

fit-tielet jum iqum

mill-imwiet,

62 of 81

u li l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tixxandar f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm.

63 of 81

Intom xhud ta’ dan.

64 of 81

U jiena, araw, nibgħat fuqkom lil dak li wiegħed Missieri.

65 of 81

Imma intom ibqgħu fil-belt,

sa ma Alla jkun libbiskom

bil-qawwa tiegħu”.

66 of 81

Imbagħad ħadhom sa ħdejn Betanja, u rafa’ jdejh

u berikhom.

67 of 81

U ġara li, huwa u jberikhom, infired minnhom u kien meħud fis-sema.

68 of 81

Huma nxteħtu fl-art jagħtuh qima, u mimlijin b’ferħ kbir reġgħu lura lejn Ġerusalemm, u qagħdu l-ħin kollu fit-tempju jbierku lil Alla.

69 of 81

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

70 of 81

Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Sena Ċ

“Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema.”

71 of 81

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

72 of 81

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

73 of 81

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

74 of 81

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

75 of 81

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

76 of 81

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

77 of 81

mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

78 of 81

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

79 of 81

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

80 of 81

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

81 of 81

Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Sena Ċ

“Huwa u jberikhom, kien meħud fis-sema.”