1 of 54

Qari mill-Ktieb

tal-Lamentazzjonijiet

Lam 2, 2.10-14.18-19

2 of 54

Il-Mulej Sidi, mingħajr ebda ħniena, qered

l-għamajjar kollha ta’ Ġakobb; fil-korla tiegħu ġarraf il-fortizzi ta’ Ġuda.

3 of 54

Xeħet mal-art u żeblaħ

is-saltna u l-kbarat tagħha.

Bilqiegħda fl-art u siekta,

ix-xjuħ ta’ bint Sijon; it-trab tefgħu fuq rashom,

4 of 54

libsu l-ixkejjer; u niżżlu rashom fl-art ix-xebbiet kollha ta’ Ġerusalemm.

Infnew bid-dmugħ għajnejja, u qalbi mħawda;

5 of 54

fwiedi mal-art imxerred,

għax bint il-poplu tiegħi ħerba waħda; u fil-pjazez tal-belt it-tfal u t-trabi nfnew bla saħħa.

6 of 54

“Fejn huwa l-ħobż u

l-inbid?”

staqsew lil ommijiethom,

xħin bħal midruba kienu jinfnew fil-pjazez tal-belt,

7 of 54

u ruħhom kienet ħierġa fi ħdan ommhom.

X’naqbad ngħid għalik?

Ma’ min inxebbhek, bint Ġerusalemm?

8 of 54

Ma’ min inqabblek, u kif nista’ nfarrġek, xebba, bint Sijon?

Għax kbira l-ġerħa daqs

il-baħar; min jista’ jfejqek?

9 of 54

Kellhom għalik dehriet ta’

qerq u frugħa dawk il-profeti tiegħek, li ma kixfulekx ħżunitek, biex jeħilsuk

mill-hemm li waqa’ fuqek,

10 of 54

imma qalulek biss dehriet giddieba, kollha qerq u tagħwiġ.

Għajjat lill-Mulej Sidi!

11 of 54

Bint Sijon tniehed, u xerred lejl u nhar id-dmugħ bħal xmara.

12 of 54

Mingħajr mistrieħ ta’ xejn,

tħallihomx jieqfu lil għajnejk mill-biki.

Qum billejl u għajjat xħin is-sahriet ikunu se jibdew;

13 of 54

xerred bħall-ilma qalbek quddiem il-Mulej Sidi;

erfa’ idejk lejh u itolbu għall-ħajja tat-tfal tiegħek,

14 of 54

mifnija bil-ġuħ f’salib

it-toroq.

15 of 54

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

16 of 54

R:/ Tinsiex għal dejjem il-ħajja tal-fqajrin tiegħek

Salm Responsorjali

17 of 54

Għaliex, o Alla, warrabtna għal dejjem?

Għaliex tħeġġeġ qilltek kontra n-nagħaġ tal-merħla tiegħek?

18 of 54

Ftakar fil-ġemgħa li ksibt għalik mill-qedem,

it-tribù li int fdejt biex ikun wirtek;

19 of 54

ftakar f’Sijon, li fuqha bnejt l-għamara tiegħek.

20 of 54

R:/ Tinsiex għal dejjem il-ħajja tal-fqajrin tiegħek

21 of 54

Itla’ sal-post li sar ħerba waħda:

kollox qered l-għadu

fis-santwarju.

22 of 54

Għajtu l-għedewwa fil-post tal-laqgħat tiegħek;

hemm waħħlu l-istendardi tar-rebħa tagħhom.

23 of 54

R:/ Tinsiex għal dejjem il-ħajja tal-fqajrin tiegħek

24 of 54

Bħal dawk li jxejru

l-mannara fl-għoli

biex iqaċċtu s-siġar minn qalb il-bosk,

25 of 54

hekk huma kissru l-bibien tat-tempju,

bl-imterqa u l-mazza farrkuhom.

26 of 54

Taw in-nar lis-santwarju tiegħek;

kasbru għalkollox

l-għamara tiegħek.

27 of 54

R:/ Tinsiex għal dejjem il-ħajja tal-fqajrin tiegħek

28 of 54

Żomm quddiem għajnejk

il-patt tiegħek,

għax l-art mimlija dlamijiet u dnewwa.

29 of 54

Tħallix l-imgħakkes

fil-mistħija,

biex il-fqajjar u l-imsejken ifaħħru ismek.

30 of 54

R:/ Tinsiex għal dejjem il-ħajja tal-fqajrin tiegħek

31 of 54

Hallelujah, Hallelujah

32 of 54

Kristu rafa’ fuqu d-dgħufija tagħna,

u tgħabba bil-mard tagħna.

33 of 54

Hallelujah, Hallelujah

34 of 54

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 8, 5-17

R:/ Glorja lilek Mulej

35 of 54

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Kafarnahum, u resaq fuqu wieħed ċenturjun jitolbu bil-ħerqa u jgħidlu:

36 of 54

“Sinjur, id-dar għandi

l-qaddej mixħut, mifluġ u batut wisq”.

Qallu Ġesù:

37 of 54

“Niġi jien infejqu”.

Qallu ċ-ċenturjun:

38 of 54

“Sinjur, ma jistħoqqlix li tidħol taħt is-saqaf tiegħi. Iżda int għid kelma biss, u l-qaddej tiegħi jfiq.

39 of 54

Għax jien ukoll bniedem taħt is-setgħa ta’ ħaddieħor, u jien stess għandi suldati taħti; lil wieħed ngħidlu: ‘Mur!’, u jmur; lil ieħor ngħidlu:

40 of 54

‘Ejja!’, u jiġi; u lill-ilsir tiegħi ngħidlu: ‘Agħmel dan!’, u jagħmlu”.

41 of 54

Ġesù baqa’ mistagħġeb meta sama’ dan, u qal lil

dawk li kienu miexja warajh:

42 of 54

“Tassew, ngħidilkom, f’ħadd minn Iżrael ma sibt fidi bħal din.

43 of 54

Jiena ngħidilkom li għad jiġu ħafna mil-Lvant u

mill-Punent

44 of 54

u joqogħdu fuq il-mejda ma’ Abraham u ma’ Iżakk u ma’ Ġakobb fis-Saltna tas-Smewwiet,

45 of 54

waqt li dawk li twieldu

fis-Saltna jitkeċċew ’il barra fid-dlam; hemmhekk ikun hemm il-biki u

t-tgħażżiż tas-snien”.

46 of 54

Imbagħad Ġesù qal

liċ-ċenturjun:

“Mur, ħa jsirlek kif emmint”.

47 of 54

U l-qaddej fieq dak il-ħin stess. Ġesù mar fid-dar ta’ Pietru, u ra li omm il-mara ta’ Pietru kienet mixħuta bid-deni.

48 of 54

Messilha idha, ud-deni ħallieha; imbagħad qamet u bdiet isservih.

49 of 54

Filgħaxija mbagħad ġabulu quddiemu bosta li kienu maħkuma mix-xitan,

50 of 54

u bil-kelma tiegħu keċċa

l-ispirti, u fejjaq il-morda kollha.

51 of 54

Biex hekk seħħ dak li kien ingħad permezz

tal-profeta Iżaija, meta qal:

52 of 54

‘Hu rafa’ fuqu d-dgħufija tagħna, u tgħabba

bil-mard tagħna’.

53 of 54

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

54 of 54