1 of 36

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Eżekjel

Eżek 43, 1-7a

2 of 36

Ir-raġel ġiebni ħdejn il-bieb li jħares lejn il-Lvant. U, ara, il-glorja ta’ Alla ta’ Iżrael riesqa min-naħa tal-Lvant;

3 of 36

il-ħoss tagħha bħall-ħoss ta’ gliegel ta’ ilma, u l-art kienet tiddi bil-glorja tiegħu.

4 of 36

U d-dehra li rajt kienet bħal dik id-dehra li kelli meta ġie biex jeqred il-belt u bħal dik li kelli ħdejn ix-xmara Kebar.

5 of 36

Jiena nxtħett wiċċi fl-art. U l-glorja tal-Mulej daħlet

fis-santwarju mill-bieb li jagħti għan-naħa tal-Lvant.

6 of 36

L-ispirtu refagħni u daħħalni fil-bitħa ta’ ġewwa, u, ara,

il-glorja tal-Mulej imliet

is-santwarju.

7 of 36

U smajt min ikellimni

mis-santwarju waqt li raġel kien wieqaf ħdejja. U qalli:

8 of 36

“O bniedem, dan hu l-post tat-tron tiegħi, il-post fejn inqiegħed qiegħ riġlejja,

9 of 36

u li fih jien se ngħammar fost ulied Iżrael għal dejjem ta’ dejjem”.

10 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

11 of 36

Is-sebħ tal-Mulej jgħammar f’artna

Salm Responsorjali

12 of 36

Ħa nisma’ xi jgħid Alla:

il-Mulej is-sliem ixandar.

13 of 36

Qrib hi tassew is-salvazzjoni tiegħu għal dawk li jibżgħu minnu, biex jgħammar

is-sebħ f’artna.

14 of 36

R:/ Is-sebħ tal-Mulej jgħammar f’artna

15 of 36

It-tieba u l-fedeltà jiltaqgħu,

il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu.

Il-fedeltà mill-art tinbet,

u l-ġustizzja mis-sema tixref.

16 of 36

R:/ Is-sebħ tal-Mulej jgħammar f’artna

17 of 36

Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu,

u artna tagħti l-frott tagħha.

18 of 36

Il-ġustizzja quddiemu timxi,

u s-sliem fuq il-passi tiegħu.

19 of 36

R:/ Is-sebħ tal-Mulej jgħammar f’artna

20 of 36

Hallelujah, Hallelujah

21 of 36

Il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet

u l-mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija.

22 of 36

Hallelujah, Hallelujah

23 of 36

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 23, 1-12

R:/ Glorja lilek Mulej

24 of 36

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom:

25 of 36

“Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u

l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh,

26 of 36

iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn.

27 of 36

Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor,

28 of 36

waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. Kulma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies;

29 of 36

ħalhekk ikabbru l-filatteri u jtawlu l-ġmiemen tagħhom. Iħobbu l-postijiet ewlenin

fl-imwejjed, u s-siġġijiet ta’ quddiem fis-sinagogi,

30 of 36

u jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez u li n-nies isejħulhom: “rabbi”. Imma intom tħallux min isejħilkom: “rabbi”,

31 of 36

għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa.

32 of 36

U ssejħu lil ħadd: “missier” fuq din l-art, għax il-Missier tagħkom wieħed hu, dak li hu fis-smewwiet.

33 of 36

Hekk ukoll tħallux min isejħilkom: “mexxejja”, għax il-Mexxej tagħkom wieħed hu, il-Messija.

34 of 36

Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla”.

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36