Kristu:
Il-Milja
tal-Liġi
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Kristu:
Il-Milja
tal-Liġi
Qari mill-Ktieb
ta’ Bin Sirak
Sir 15, 15-20
Jekk trid tista’ tħares
il-kmandamenti, u b’rieda tajba tista’ tkun fidil.
Hu qegħedlek quddiemek in-nar u l-ilma;
liema trid minnhom, midd idek għalih. Quddiem
il-bniedem hemm il-ħajja u l-mewt, u liema tixtieq qalbu lesta għalih.
Għax għerf il-Mulej hu bla qjies, qawwi f’setegħtu u jara kollox.
Għajnejh fuq dawk li jibżgħu minnu, u jagħraf
kull ma jagħmel
il-bniedem.
Lil ħadd ma qabbad jgħix ħażin, u lil ħadd ma rħielu jidneb.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
R:/ Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
Henjin dawk li triqthom bla ħtija,
li jimxu fil-liġi tal-Mulej.
Henjin dawk li jħarsu
l-preċetti tiegħu,
u li jfittxuh b’qalbhom kollha.
R:/ Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
Int tajt il-preċetti tiegħek,
biex inħarsuhom
bir-reqqa.
Ħa jżomm sħiħ il-mixi tiegħi
fil-ħarsien
tal-kmandamenti tiegħek!
R:/ Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
Kun twajjeb mal-qaddej tiegħek,
agħtini li ngħix u nħares il-kelma tiegħek.
Iftaħli għajnejja,
biex nara l-għeġubijiet
tal-liġi tiegħek.
R:/ Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
Għallimni, Mulej, it-triq tal-kmandamenti tiegħek;
jiena rrid nibqa’ fiha sa
l-aħħar.
Fehemni biex inħares
il-liġi tiegħek
u nagħmilha b’qalbi kollha.
R:/ Henjin dawk li jimxu fil-liġi tal-Mulej
Qari mill-Ewwel Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1 Kor 2, 6-10
Ħuti, aħna ngħallmu
l-għerf fost dawk li huma perfetti, imma mhux
l-għerf ta’ din id-dinja,
anqas l-għerf tal-prinċpijiet ta’ din id-dinja, li se jintemmu fix-xejn.
Ngħallmu l-għerf ta’ Alla moħbi f’misteru, li Alla fassal qabel iż-żmien
għall-glorja tagħna.
Ebda wieħed mill-mexxejja ta’ din id-dinja ma għarfu; kieku għarfuh, qatt ma kienu se jsallbu lill-Mulej tal-glorja.
Imma, bħalma hu miktub:
“Dak li għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, u dak li qatt ma tnissel f’qalb il-bnedmin,
dak Alla lesta għal dawk li jħobbuh”.
Alla rrivelahulna permezz tal-Ispirtu; għax l-Ispirtu
jgħarbel kollox, sa
fil-qiegħ ta’ Alla.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah, Hallelujah
Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art,
għax dawn il-ħwejjeġ
tas-saltna wrejthom
liċ-ċkejknin.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 5, 17-37
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:
“Xejn taħsbu li ġejt inwaqqa’ l-Liġi jew
il-Profeti; jiena ma ġejtx biex inwaqqagħhom,
iżda biex inwassalhom għall-milja tagħhom.
Tassew ngħidilkom, li sa ma jkunu għaddew is-sema u l-art anqas l-iżgħar ittra
jew tikka waħda mil-Liġi ma titneħħa sa ma jkun seħħ kollox.
Jekk mela xi ħadd iġib
fix-xejn wieħed mill-iżgħar minn dawn il-kmandamenti u jgħallem lin-nies biex jagħmlu l-istess,
dan jissejjaħ l-iżgħar
fis-Saltna tas-Smewwiet.
Imma min iħarishom u jgħallimhom, dan kbir jissejjaħ fis-Saltna
tas-Smewwiet.
Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik
tal-kittieba u l-Fariżej,
ma tidħlux fis-Saltna
tas-Smewwiet.
Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari:
‘La toqtolx. Jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu
l-kundanna’.
Imma jiena ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh. Jekk imbagħad xi ħadd lil ħuh jgħidlu: ‘Ġifa,’
ikun ħaqqu l-kundanna tas-Sinedriju; u jekk jgħidlu: ‘Iblah’ ikun ħaqqu n-nar tal-infern.
Mela jekk tkun qiegħed
ittalla’ l-offerta tiegħek fuq l-artal u hemm tiftakar li ħuk għandu xi ħaġa kontra tiegħek,
ħalli l-offerta tiegħek hemmhekk quddiem
l-artal u mur l-ewwel irranġa ma’ ħuk,
u mbagħad ejja talla’
l-offerta tiegħek.
Lil min ikun se jtellgħek il-qorti ħudu bil-kelma
t-tajba mill-aktar fis waqt li tkun għadek miegħu
fit-triq,
li ma jmurx jagħtik f’idejn l-imħallef, u
l-imħallef f’idejn
l-għassies, u hekk issib ruħek fil-ħabs.
Tassew ngħidlek, minn hemm ġew ma toħroġx qabel ma tkun ħallast
l-aħħar tliet ħabbiet.
Smajtu xi ntqal:
‘La tagħmilx adulterju’.
Imma jiena ngħidilkom li kull min iħares lejn mara biex jixtieqha,
‘jkun ġa għamel adulterju magħha f’qalbu. Jekk għajnek il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub,
aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek, għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek,
milli ġismek kollu jinxteħet fl-infern. U jekk idek
il-leminija hi għalik okkażjoni ta’ dnub,
aqtagħha barra u armiha ’l bogħod minnek,
għax aktar ikun jaqbillek jekk tintiliflek biċċa waħda minn ġismek milli ġismek kollu jmur fl-infern.
Intqal ukoll:
‘Min jibgħat lil martu jkollu jagħtiha l-kitba
tad-divorzju’.
Imma jiena ngħidilkom li kull min jibgħat lil martu barra l-każ ta’ żwieġ ħażin, iwaqqagħha
l-adulterju;
u min jiżżewweġ waħda mibgħuta minn ħaddieħor jagħmel adulterju.
Smajtu wkoll xi ntqal
lin-nies ta’ dari:
‘Tonqosx mill-wegħda li ħlift imma rodd lill-Mulej il-wegħdiet li ħliftlu’.
Imma jiena ngħidilkom biex ma taħilfu xejn, u la bis-sema, għax hu t-tron ta’ Alla, u la bl-art, għax fuqha jserraħ riġlejh,
u lanqas b’Ġerusalemm, għaliex hija l-Belt
tas-Sultan il-kbir.
U lanqas b’rasek ma għandek taħlef, għaliex inti anqas biss xagħra waħda ma għandek ħila tagħmilha bajda jew sewda.
Mela ħa jkun
id-diskors tagħkom:
‘iva, iva’; ‘le, le’;
kulma hu iżjed minn hekk ikun ġej mill-Ħażin”.
Il-Kelma tal-Mulej.
R:/ Tifħir Lilek Kristu.
Kristu:
Il-Milja
tal-Liġi
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej
mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.