1 of 32

Bidu tal-Ittra ta’

San Ġakbu Appostlu

Ġak 1, 1-11

2 of 32

Ġakbu, qaddej ta’ Alla u

tal-Mulej Ġesù Kristu,

lit-tnax-il tribù mxerrda mad-dinja: sliem!

3 of 32

Ħuti, għoddu kollox b’ferħ meta tħabbtu wiċċkom ma’ kull xorta ta’ tiġrib,

4 of 32

għax għandkom tkunu tafu li

t-tiġrib tal-fidi tagħkom inissel is-sabar.

5 of 32

Ħallu li s-sabar ikollu

l-milja tiegħu fikom, biex tkunu perfetti u sħaħ, bla ma jkun jonqoskom xejn.

6 of 32

Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jċanfar lil ħadd, u jagħtihulu.

7 of 32

Mela ħa jitlob bil-fidi, bla ma jitħasseb xejn, għax min jitħasseb ikun jixbah

lill-mewġ tal-baħar imqanqal u mqalleb bir-riħ.

8 of 32

Bniedem bħal dan ma għandux jistenna li se jaqla’ xi ħaġa mingħand il-Mulej; hu bniedem mifxul fih innifsu,

9 of 32

u mhuwiex żgur mit-triq li jagħżel. Ħa jiftaħar ħuna

l-fqir li Alla għollieh, u

l-għani jiftaħar

fl-umiljazzjoni tiegħu.

10 of 32

Għax dan jgħib bħal ward ir-raba’; titla’ x-xemx tisreġ u bis-sħana tnixxef il-ħaxix, u l-fjur tiegħu jaqa’ u

s-sbuħija ta’ surtu tgħib;

11 of 32

hekk ukoll jiġrilu l-għani f’kulma jmidd għonqu għalih.

12 of 32

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 32

R:/ Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja

Salm Responsorjali

14 of 32

Qabel ma għakkistni, jien kont fl-iżball;

imma issa nħares il-kelma tiegħek.

15 of 32

Twajjeb int, u l-ġid tagħmel;

għallimni l-kmandamenti tiegħek.

16 of 32

R:/ Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja

17 of 32

Swieli ta’ ġid li għakkistni,

għax tgħallimt

il-kmandamenti tiegħek.

18 of 32

Aħjar għalija l-liġi ta’ fommok

mill-eluf ta’ flejjes

tad-deheb u l-fidda.

19 of 32

R:/ Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja

20 of 32

Jien naf, Mulej, li ġusti

d-digrieti tiegħek;

u li skont is-sewwa għakkistni.

21 of 32

Tkun it-tieba tiegħek

il-faraġ tiegħi,

skont il-wegħda li għamilt mal-qaddej tiegħek.

22 of 32

R:/ Tiġi fuqi tjubitek, biex ikolli l-ħajja

23 of 32

Hallelujah, Hallelujah

24 of 32

Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej.

Ħadd ma jmur għand

il-Missier jekk mhux permezz tiegħi

25 of 32

Hallelujah, Hallelujah

26 of 32

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 8, 11-13

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 32

F’dak iż-żmien, ġew

il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema.

28 of 32

Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal:

29 of 32

“Għalfejn irid sinjal dan

in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan

in-nisel”.

30 of 32

U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt

l-ieħor.

31 of 32

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

32 of 32