Żjara tal-Imqaddsa
Verġni Marija
31 ta’ Mejju
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
Żjara tal-Imqaddsa
Verġni Marija
31 ta’ Mejju
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Sofonija
Sof 3: 14-18
Għajjat bil-ferħ ta’ qalbek, bint Sijon, Israel, semma’ leħnek! Infexx fil-hena u ifraħ b’qalbek kollha, ja bint Ġerusalemm!
Neħħa l-Mulej minn fuqek is-sentenza li kellek kontra tiegħek, keċċa l-għedewwa tiegħek. Is-Sultan t’Israel, il-Mulej, hu f’nofsok;
ma jkollokx iżjed ħsara minn xiex tibża’. Dakinhar jgħidu lil Ġerusalemm: Tibżax, Sijon, tħallix idejk jintelqu: Mulej, Alla tiegħek,
qiegħed f’nofsok, gwerrier li jsalva; minħabba fik jithenna b’hena kbir, fi mħabbtu jġeddek, jinfexx minħabba fih f’għajat ta’ ferħ,
bħalikieku f’jum ta’ festa. Il-ħsara nwarrab minnek, biex ma tibqax mgħobbija bil-għajb tagħha.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Kbir hu f’nofsok
il-Qaddis ta’ Israel!
Salm Responsorjali
Alla hu s-salvazzjoni tiegħi;
jiena nittama u ma nibżax,
għax il-qawwa u l-għana tiegħi hu l-Mulej;
hu s-salvazzjoni tiegħi.
Kollkom ferħana, timlew
l-ilma mill-għejun
tas-salvazzjoni.
R:/ Kbir hu f’nofsok
il-Qaddis ta’ Israel!
Għannu lill-Mulej, sejħu lil ismu, għarrfu lill-ġnus
l-għeġubijiet tiegħu,
xandru li ismu huwa
fil-għoli.
R:/ Kbir hu f’nofsok
il-Qaddis ta’ Israel!
Għannu lill-Mulej għax għamel ħwejjeġ kbar;
ħa jkun dan magħruf
min-nies kollha tal-art.
Aqbeż bil-ferħ, għanni, int li tgħammar f’Sijon,
għax kbir hu f’nofsok
il-Qaddis ta’ Israel.
R:/ Kbir hu f’nofsok
il-Qaddis ta’ Israel!
Hallelujah, Hallelujah
Hienja int, Verġni Marija, għax emmint li jseħħ
dak kollu li l-Mulej bagħat jgħidlek.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa
Lq 1: 39-56
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt
tal-Lhudija.
Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha,
u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:
“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi?
Għax, ara, malli smajt f’widnejja leħen
it-tislima tiegħek, it-tarbija qabżet u tqanqlet bil-ferħ fi ħdani.
Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma ntqalilha
min-naħa tal-Mulej.”
“Ruħi tfaħħar il-kobor
tal-Mulej, u l-ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu. Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja.
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.
Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred ’il dawk li huma mkabbra f’qalbhom.
Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin. Mela b’kull ġid lil min hu
bil-ġuħ,
u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn. Ħa ħsieb Israel qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu
bħalma wiegħed ’il missirijietna b’risq Abraham u nislu għal dejjem.”
Marija baqgħet ma’ Eliżabetta għal xi tliet xhur, u mbagħad reġgħet lura lejn darha.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Żjara tal-Imqaddsa
Verġni Marija
31 ta’ Mejju