It-Trinità Qaddisa
1
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla, Sultan
tas-sema, Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu, Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina.
Għax int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli, Ġesu’ Kristu,
mal-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
It-Trinità Qaddisa
1
Qari mill-Ktieb�tal-Eżodu�Eż 34:4b-6,8-9�
F’dak iż-żmien, Mosè qam filgħodu kmieni, u tala’ fuq
il-muntanja tas-Sinaj, kif kien ordnalu l-Mulej, u ħa f’idejh iż-żewġ twavel tal-ġebel.
Imbagħad il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm maġenbu; u xandar l-isem tal-Mulej.
U l-Mulej għadda minn
quddiemu u għajjat:
“Jaħweh! Jaħweh! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir fit-tjieba u fil-fedeltà”.
Mosè minnufih inxteħet għal wiċċu fl-art, ta qima u qal:
“Jekk jien tassew sibt ħniena quddiemek, Sidi, ħa jiġi Sidi ġo nofsna, nitolbok; għax dan hu poplu rasu iebsa.
Aħfrilna ħżunitna u ħtijietna, u ħudna b’wirt għalik”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.
Salm Responsorjali
Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna.
R:/ Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.
Imbierek ismek, qaddis u msebbaħ.
R:/ Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.
Imbierek int fit-tempju
tas-sebħ imqaddes tiegħek.
R:/ Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.
Imbierek int li qiegħed fuq il-kerubini, li ħarstek tinfed l-abbissi.
R:/ Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.
Imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek.
R:/ Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.
Imbierek int fil-wisa’ kollu tas-sema.
R:/ Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem.
Għeluq tat-Tieni Ittra ta’�San Pawl Appostlu �lill-Korintin�2 Kor 13:11-13�
Ħuti, ifirħu, ħabirku
għall-perfezzjoni, isimgħu milli wieħed jgħidilkom, kunu ta’ fehma waħda, żommu s-sliem,
u Alla tal-imħabba u
s-sliem ikun magħkom. Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa. Il-qaddisin kollha jsellmulkom.
Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-għaqda fl-Ispirtu s-Santu jkunu magħkom ilkoll.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Hallelujah, Hallelujah
Glorja lill-Missier, u
lill-Iben, u lill-Ispirtu
s-Santu,
lil Alla li hu, u li kien, u li għad irid jiġi.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 3:16-18
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu:
“Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu
l-ħajja ta’ dejjem.
Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.
Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat,
għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
It-Trinità Qaddisa
1
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin,
u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti
l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u
fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.