Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Galatin�Gal 3, 7-14
Ħuti, kunu afu, li dawk li jemmnu, dawk huma wlied Abraham.
U l-Iskrittura, li rat sa minn qabel li Alla kellu jiġġustifika l-Ġentili permezz tal-fidi, ħabbret minn qabel lil Abraham:
“Fik jitbierku l-ġnus kollha”.
Għalhekk dawk li jemmnu jitbierku ma’ Abraham li kien jemmen.
Imma dawk kollha li jgħixu bl-opri tal-Liġi huma taħt is-saħta. Għax hemm miktub:
“Misħut kull min ma joqgħodx għall-ħwejjeġ kollha li hemm imniżżla fil-ktieb tal-Liġi u ma jagħmilhomx”.
U li ħadd permezz tal-Liġi ma hu ġġustifikat quddiem Alla jidher ċar, ladarba
il-ġust jgħix bil-fidi.
Issa l-Liġi mhijiex ġejja
mill-fidi, imma:
“Min jagħmel dawn
il-ħwejjeġ jgħix bihom”.
Kristu fdiena mis-saħta
tal-Liġi billi sar hu nnifsu
saħta għalina, għax hemm miktub:
“Misħut min ikun imdendel mal-għuda”,
biex fi Kristu Ġesù l-barka
ta’ Abraham tilħaq il-ġnus kollha, u biex permezz
tal-fidi aħna nilqgħu
l-wegħda tal-Ispirtu.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja
bil-ġustizzja
Salm Responsorjali
Infaħħrek, Mulej,
b’qalbi kollha;
inxandar għeġubijietek kollha!
Nifraħ u nithenna
bik; ngħanni lil ismek,
int Alla l-għoli.
R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja
bil-ġustizzja
Ċanfart il-ġnus u qridt
il-ħżiena;
ħassart isimhom għal dejjem ta’ dejjem.
Waqgħu l-ġnus fil-ħofra li ħaffru;
fix-xibka li ħbew inqabad riġilhom.
R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja
bil-ġustizzja
Imma l-Mulej isaltan għal dejjem,
iwaqqaf għall-ħaqq
it-tron tiegħu.
Hu jagħmel ħaqq
mid-dinja bil-ġustizzja, jiġġudika l-popli
bis-sewwa.
R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja
bil-ġustizzja
Hallelujah, Hallelujah
Issa se jitkeċċa l-Prinċep
ta’ din id-dinja.
U meta nintrefa’ ’l fuq
mill-art, jiena niġbed
il-bnedmin kollha lejja.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Luqa�Lq 11, 15-26
R: Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu:
“Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten”.
Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu
mingħandu sinjal mis-sema. Iżda hu ntebaħ x’kienet
il-fehma tagħhom, u qalilhom:
“Kull saltna maqsuma fiha nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra.
Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu nnifsu, kif se
żżomm wieqfa s-saltna tiegħu?
Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta’ Begħelżebul inkeċċihom ix-xjaten.
Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta’ min ikeċċuhom?
Għalhekk huma stess ikunu l-imħallfin tagħkom.
Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla.
Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb jgħasses
il-palazz tiegħu, ħwejġu jkunu fiż-żgur.
Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu,
jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom kien iserraħ rasu,
u jqassam il-priża tiegħu.
Min mhuwiex miegħi huwa kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi, ixerred.
Meta l-ispirtu mniġġes joħroġ minn bniedem, huwa jmur jiġġerra u jfittex il-mistrieħ f’art niexfa, u billi ma jsibu mkien, jgħid:
‘Mela nerġa’ lura lejn dari mnejn ħriġt’.
U x’ħin jiġi, isibha miknusa u kollox f’postu.
Imbagħad imur iġib seba’ spirti oħra agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew.
U fl-aħħar dak
il-bniedem isib ruħu f’qagħda agħar minn ta’ qabel”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu