Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Ġeremija.
Ġer 15, 10.16-21
Imsejken jien, omm! Għaliex ulidtni bniedem ġellied, li għandu xi jgħid mal-pajjiż kollu!
Jien la slift u lanqas
issellift, u mandankollu kulħadd jisħetni.
Jien sibt kliemek, u kiltu;
u kelmtek saritli l-ferħ u
l-hena ta’ qalbi; għax ismek
issejjaħ fuqi,
Mulej, Alla tal-eżerċti.
Jien ma mortx fost
iż-żufjettużi, ma fraħtx
magħhom; jien qgħadt għalija waħdi quddiem qawwietek għax inti mlejtni bil-korla.
Għaliex għandi nibqa’ mnikket għal dejjem, u
l-marda kronika tiegħi
ma tlif qatt?
Se ssir int għalija bħal nixxiegħa qarrieqa li tinxef?
Għalhekk dan jgħid
il-Mulej:
“Jekk iddur lejja, irreġġgħek lejja, �biex tieqaf quddiemi;
jekk tagħżel dak li jiswa
minn dak li ma jiswiex,
int tkun bħal fommi.
Jerġgħu lura huma lejk,
u mhux int terġa’ lura
lejhom.
Nagħmlek sur qawwi
tal-bronż kontra dan
il-poplu; huma jaħbtu għalik, iżda ma jkunux jifilħu għalik;
għax jiena miegħek,
biex neħilsek u nsalvak.
Oraklu tal-Mulej.
Neħilsek mill-qawwa
tal-ħżiena, u nifdik
minn id it-tiranni.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mulej, int kenn tiegħi f’jum id-dwejjaq
Salm Responsorjali
Eħlisni mill-għedewwa,
o Alla tiegħi,
ħarisni minn dawk
li jqumu għalija.
Eħlisni minn dawk
li jagħmlu l-ħażen,
salvani min-nies
qattiela.
R./ Mulej, int kenn �tiegħi f’jum id-dwejjaq
Għax huma jinħbew biex jonsbuli ħajti,
nies qalila jinġemgħu kontrija; u dan, Mulej,
bla tort u bla ħtija tiegħi.
Għalkemm jien bla ħtija,
huma jiġru u jlestu
għalija.
R./ Mulej, int kenn �tiegħi f’jum id-dwejjaq
Qawwa tiegħi,
jiena lilek nistenna,
għax inti,
Alla, fortizza tiegħi.
Alla tiegħi, imħabba tiegħi,
jiġi jilqagħni;
juruni Alla l-għedewwa
tiegħi mirbuħa.
R./ Mulej, int kenn tiegħi f’jum id-dwejjaq
Iżda jien ngħanni
lill-qawwa tiegħek;
ngħanni ferħan filgħodu
fit-tieba tiegħek
għax int sirt fortizza
għalija,
kenn tiegħi f’jum
id-dwejjaq.
R./ Mulej, int kenn tiegħi f’jum id-dwejjaq
Qawwa tiegħi, lilek ferħan ngħanni;
għax inti, Alla, fortizza tiegħi,
Alla tiegħi, imħabba tiegħi!
R./ Mulej, int kenn tiegħi f’jum id-dwejjaq
Hallelujah, Hallelujah
Sejjaħtilkom ħbieb,
jgħid il-Mulej għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 13, 44-46
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
“Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil teżor moħbi f’għalqa, li wieħed raġel isibu u jaħbih,
u kollu ferħan imur ibigħ kulma jkollu u jixtri dik
l-għalqa.
Tixbah ukoll is-Saltna
tas-Smewwiet lil wieħed neguzjant ifittex ġawhar fin;
meta sab ġawhra tiswa ħafna, mar biegħ kulma kellu u xtara lilha”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu