1 of 41

It-Tieni Qari

Is-Sagrifiċċju ta’ missierna Abraham

2 of 41

Qari mill-Ktieb

tal-Ġenesi

Ġen 22,1-18

3 of 41

F’dak iż-żmien, Alla ried iġarrab lil Abraham u qallu:

4 of 41

“Abraham!”.

5 of 41

U hu wieġbu:

“Hawn jien!”.

U qallu:

6 of 41

“Aqbad lil ibnek

il-waħdieni, li inti tħobb, lil Iżakk; u mur lejn l-art ta’ Morija,

7 of 41

u hemm offrih b’sagrifiċċju tal-ħruq fuq waħda mill-għoljiet li jien se ngħidlek”.

8 of 41

U Abraham bakkar

mas-sebħ, xedd il-ħmar tiegħu, ħa tnejn

mill-qaddejja tiegħu, u lil Iżakk.

9 of 41

Qatta’ l-ħatab

għas-sagrifiċċju tal-ħruq, u qam, u telaq lejn il-post li qallu bih Alla.

10 of 41

Fit-tielet jum Abraham rafa’ għajnejh, u lemaħ

il-post mill-bogħod. U Abraham qal lill-qaddejja tiegħu:

11 of 41

“Oqogħdu hawn bil-ħmar, u jien u ż-żagħżugħ immorru sa hemm, u nagħtu qima u nerġgħu lura ħdejkom”.

12 of 41

U Abraham qabad il-ħatab għas-sagrifiċċju, għabbieh fuq Iżakk ibnu, ħa f’idejh in-nar u s-sikkina, u telqu

t-tnejn flimkien.

13 of 41

U Iżakk qal lil Abraham missieru:

“Missier!”

Dak wieġbu:

“Hawn jien, ibni”.

14 of 41

U Iżakk qallu:

“Hawn huma n-nar u

l-ħatab, fejn hu l-ħaruf għas-sagrifiċċju

tal-ħruq?”.

15 of 41

U Abraham wieġbu:

“Alla jaħseb hu

għall-ħaruf

għas-sagrifiċċju, ibni”.

16 of 41

U baqgħu sejrin it-tnejn flimkien. U waslu fil-post

li kien semmielu Alla; u hemm Abraham bena

l-artal u firex il-ħatab fuqu,

17 of 41

u rabat lil ibnu Iżakk u qiegħdu fuq l-artal, fuq

il-ħatab. U Abraham medd idu u qabad is-sikkina biex joqtol lil ibnu.

18 of 41

U sejjaħlu l-anġlu tal-Mulej mis-smewwiet u qallu

19 of 41

“Abraham, Abraham!”.

U dan wieġbu:

“Hawn jien”.

U qallu:

20 of 41

“La tmiddx idek fuq

iż-żagħżugħ u tagħmillu ebda ħsara;

21 of 41

għax issa naf li inti tibża’ minn Alla, u ma ċaħħadtnix minn ibnek

il-waħdieni”.

22 of 41

U Abraham rafa’ għajnejh, ta ħarsa madwaru, u ra muntun warajh maqbud minn qrunu fil-friegħi.

23 of 41

U Abraham mar u qabad

il-muntun, u offrieh b’sagrifiċċju tal-ħruq minflok ibnu. U Abraham semma dak il-post:

24 of 41

“Jaħweh-jire- jiġifieri -

il-Mulej jipprovdi”,

kif għadu jingħad sal-lum: “Fuq il-muntanja Jaħweh-jire, il-Mulej jipprovdi”.

25 of 41

U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abraham mis-smewwiet u qallu:

26 of 41

“Naħlef fuq ruħi –

oraklu tal-Mulej – la darba int għamilt ħaġa bħal din, u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni,

27 of 41

jien inbierkek żgur u nkattarlek sewwa lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema u bħar-ramel f’xatt il-baħar;

28 of 41

u nislek għad jiret il-bibien tal-għedewwa tiegħu. U jitbierku b’nislek il-ġnus kollha tal-art talli smajt minn kelmti”.

29 of 41

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

30 of 41

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

Salm Responsorjali

31 of 41

Mulej, inti s-sehem

tal-wirt u r-riżq tiegħi,

inti żżomm f’idejk xortija.

32 of 41

Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,

għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.

33 of 41

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

34 of 41

Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,

u ġismi wkoll jistrieħ

fil-kwiet.

35 of 41

Għax int ma titlaqnix

fl-imwiet,

ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.

36 of 41

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

37 of 41

Int tgħallimni t-triq

tal-ħajja;

hemm il-milja tal-ferħ quddiemek,

38 of 41

hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.

39 of 41

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

40 of 41

It-Tieni Qari

Is-Sagrifiċċju ta’ missierna Abraham

41 of 41