1 of 89

Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

Sena Ċ

“L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox.”

2 of 89

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 89

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 89

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 89

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 89

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 89

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 89

Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

Sena Ċ

“L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox.”

9 of 89

Qari I

Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu.

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli Atti 2, 1-11

10 of 89

Meta wasal jum

Għid il-Ħamsin, huma kienu lkoll flimkien f’post wieħed.

11 of 89

F’daqqa waħda ġie mis-sema ħoss bħal ta’ riħ qawwi,

u mela d-dar kollha fejn

kienu qegħdin.

12 of 89

U dehrulhom ilsna qishom

tan-nar, li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom.

13 of 89

Imtlew ilkoll bl-Ispirtu s-Santu u bdew jitkellmu b’ilsna oħra,

14 of 89

skont ma l-Ispirtu kien jagħtihom li jitkellmu.

15 of 89

F’Ġerusalemm kien hemm xi Lhud, nies twajba minn kull nazzjon li hawn taħt is-sema.

16 of 89

Malli nstama’ dan il-ħoss, inġabret kotra kbira, ilkoll imħawdin għax kull wieħed minnhom kien jismagħhom jitkellmu bl-ilsien tiegħu.

17 of 89

Miblugħin u mistagħġbin, bdew jgħidu: “Dawn li qegħdin jitkellmu mhumiex ilkoll

mill-Galilija?

18 of 89

Mela kif kull wieħed minna qiegħed jismagħhom jitkellmu bi lsien art twelidu?

19 of 89

Partin, Medin u Għelamin,

nies mill-Mesopotamja,

mil-Lhudija, mill-Kappadoċja, minn Pontu, mill-Asja,

mill-Friġja,

20 of 89

mill-Pamfilja, mill-Eġittu,

mill-inħawi tal-Libja madwar Ċireni, nies li ġew minn Ruma, kemm Lhud u kemm prosèliti,

21 of 89

oħrajn minn Kreta u Għarab, aħna lkoll qegħdin nisimgħuhom ixandru bl-ilsna tagħna l-għeġubijiet ta’ Alla!”

22 of 89

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

23 of 89

Salm Responsorjali

Salm 103 (104), 1ab.24aċ.29bċ-30.31.34

℟. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej,

u ġedded il-wiċċ tal-art.

24 of 89

Bierek ruħ tiegħi,

lill-Mulej!

Mulej, Alla tiegħi,

inti kbir bil-bosta!

25 of 89

Kemm huma kotrana

l-għemejjel tiegħek,

Mulej!

Mimlija l-art

bil-ħlejjaq tiegħek.

26 of 89

℟. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej,

u ġedded il-wiċċ tal-art.

27 of 89

Jekk teħdilhom

nifishom, imutu,

u lejn it-trab jerġgħu jmorru.

28 of 89

Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu,

u inti ġġedded il-wiċċ tal-art.

29 of 89

℟. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej,

u ġedded il-wiċċ tal-art.

30 of 89

Jibqa’ sebħ il-Mulej

għal dejjem!

Jifraħ il-Mulej

bl-għemejjel tiegħu!

31 of 89

Ħa togħġbu l-għanja tiegħi,

għax jiena fil-Mulej

l-hena tiegħi.

32 of 89

℟. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek, Mulej,

u ġedded il-wiċċ tal-art.

33 of 89

Qari II �Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu ta’ Alla huma wlied Alla.

Qari mill-ittra

ta’ San Pawl Appostlu

lir-Rumani Rum 8, 8-17

34 of 89

Ħuti, dawk li jgħixu skont

il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla.

35 of 89

Issa intom ma intomx taħt

il-ħakma tal-ġisem,

imma tal-Ispirtu,

36 of 89

ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom.

37 of 89

Jekk xi ħadd ma għandux

fih l-Ispirtu ta’ Kristu,

dan mhuwiex tiegħu.

38 of 89

Jekk Kristu jgħammar fikom, għalkemm il-ġisem hu mejjet minħabba fid-dnub,

39 of 89

imma l-Ispirtu hu ħajjitkom minħabba l-ġustizzja.

40 of 89

Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet

jgħammar fikom,

41 of 89

Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom,

42 of 89

bis-saħħa tal-Ispirtu

li jgħammar fikom.

43 of 89

Hekk mela, ħuti, aħna m’aħniex midjunin mal-ġisem biex ngħixu skont il-ġisem.

44 of 89

Għax jekk tgħixu skont

il-ġisem, tmutu; imma jekk tmewtu l-għemil tal-ġisem

bl-Ispirtu, tgħixu.

45 of 89

Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu ta’ Alla huma wlied Alla.

46 of 89

Għax intom ma rċevejtux

l-ispirtu li jwassalkom

għall-jasar biex terġgħu

taqgħu fil-biża’,

47 of 89

imma rċevejtu l-Ispirtu li jagħmel minnkom ulied adottivi;

48 of 89

u li bih aħna nistgħu ngħajtu: “Abbà! Missier!”.

49 of 89

Dan l-Ispirtu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla.

50 of 89

Jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta, werrieta ta’ Alla, werrieta ma’ Kristu:

51 of 89

ladarba aħna nbatu miegħu, biex miegħu nkunu gglorifikati.

52 of 89

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

53 of 89

SEKWENZA

54 of 89

Spirtu s-Santu, ejja fina,

raġġ ta’ dawl qaddis agħtina,

xerrdu f’ruħna mis-smewwiet.

55 of 89

O Missier il-foqra tiegħek,

inti ġġib id-doni miegħek,

tagħni b’dawlek qalb l-ulied.

56 of 89

Inti l-aqwa faraġ tagħna,

fik kull hena xħin tkun magħna,

tħossok fewġa ħelwa r-ruħ.

57 of 89

Fl-għaja, lejn is-serħ twassalna;

jekk imħeġġa wisq, trażżanna;

mill-għajnejn tixxotta

d-dmugħ.

58 of 89

O dawl hieni ta’ qdusija,

nitolbuk li bik mimlija

tkun il-qalb ta’ kull fidil.

59 of 89

Mingħajr dawlek li jmexxina

ebda ħajr ma jkun hemm fina,

ebda safa fl-għemil.

60 of 89

Naddaf kull fejn hemm

it-tbajja’,

fejn hemm nixfa reġġa’ l-ħajja,

lill-miġruħ agħtih fejqan.

61 of 89

Rattab fina l-ebusija,

agħti lill-berdin bżulija,

għin fit-triq lil min beżgħan.

62 of 89

Agħti s-seba’ doni tiegħek

lil min jimxi fidil miegħek

u li fik jistrieħ kull ħin.

63 of 89

Agħti ’l kull virtù sabiħa

ħlas ta’ salvazzjoni sħiħa,

agħti l-ġenna lit-tajbin.

Ammen. Hallelujah.

64 of 89

Hallelujah, Hallelujah

65 of 89

Ejja, Spirtu s-Santu,

imla l-qlub tal-fidili tiegħek

u kebbes fihom

in-nar ta’ mħabbtek.

66 of 89

Hallelujah, Hallelujah

67 of 89

Evanġelju

L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox.

    • Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann Ġw 14, 15-16. 23b-26

68 of 89

F’dak iż-żmien,

Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu:

69 of 89

“Jekk tħobbuni, ħarsu

l-kmandamenti tiegħi.

70 of 89

U jiena nitlob lill-Missier,

u hu jagħtikom Difensur

ieħor biex jibqa’ magħkom għal dejjem.

71 of 89

Jekk xi ħadd iħobbni,

iħares kelmti,

u Missieri jħobbu,

72 of 89

u aħna niġu u ngħammru għandu. Min ma jħobbnix

ma jħarisx kliemi.

73 of 89

U l-kelma li qegħdin tisimgħu mhijiex tiegħi, imma

tal-Missier li bagħatni.

74 of 89

Għedtilkom dan meta

għadni magħkom.

75 of 89

Imma d-Difensur,

l-Ispirtu s-Santu,

li l-Missier jibgħat f’ismi,

76 of 89

jgħallimkom kollox u jfakkarkom dak kollu

li għedtilkom”.

77 of 89

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

78 of 89

Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

Sena Ċ

“L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox.”

79 of 89

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

80 of 89

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

81 of 89

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

82 of 89

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

83 of 89

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

84 of 89

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

85 of 89

mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

86 of 89

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

87 of 89

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

88 of 89

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

89 of 89

Solennità ta’ Għid il-Ħamsin

Sena Ċ

“L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom kollox.”