1 of 42

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ħabakkuk

Ħab 1, 12 -2,4

2 of 42

Jaqaw m'intix minn dejjem int, Mulej?

M'intix Alla l-Qaddis tiegħi, li ma tmutx?

3 of 42

Mulej, dan minnek sar, biex

tagħmel ħaqq, u sħiħ daqs blata ridtu jkun, b'kastig!

4 of 42

Int għajnejk safja wisq biex tara l-ħażen, inti ma tiflaħx tħares lejn id-deni;

5 of 42

l-għala nies mill-agħar tħobb tagħti kashom, iżżomm is-skiet meta min hu ħażin jibla' lil min hu

aktar minnu ġust?

6 of 42

Int tagħmel il-bnedmin

bħall-ħut tal-baħar,

bħall-bhejjem ta' fuq l-art,

bla sid għalihom.

7 of 42

Huwa jtellagħhom kollha

bis-sunnara, u, wara li jressaqhom bix-xbiek

tiegħu, jiġborhom kollha

bil-konz tiegħu:

8 of 42

u b'hekk jithenna u jifraħ. Għalhekk lix-xbiek joffrilu sagrifiċċju, jaħraq l-inċens

quddiem il-konz tiegħu;

9 of 42

għax bihom sehmu joktor u iklu jkun aktar utiq. Se jibqa' jferragħ ix-xibka tiegħu u joqtol il-ġnus bla waqfien?

10 of 42

Se noqgħod għassa f’posti, se nibqa' wieqaf fuq it-torri

tiegħi, nistenna ħalli nara x'sejjer jgħidli, u kif se jwieġeb għall-ilmenti tiegħi.

11 of 42

Imbagħad il-Mulej wieġeb u qalli:

12 of 42

“Ikteb id-dehra onqoxha fuq tavlozzi, hekk li jkun

jista' jħaffef min jaqraha.

13 of 42

Għax id-dehra sseħħ meta jkun waqtha, tistenna se ma ttemm, u ma tqarraqx.

14 of 42

Jekk hija ddum ma tasal,

int stennieha, għax tiġi żgur, ma tiddawwarx ma tasal!

15 of 42

Arah jinfena min m'hux

ruħu sewwa, iżda l-ġust jgħix bil-fedeltà tiegħu.”

16 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

17 of 42

Salm Responsorjali

R:/ Int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek

18 of 42

Il-Mulej isaltan għal dejjem,

iwaqqaf għall-ħaqq it-tron tiegħu.

19 of 42

Hu jagħmel ħaqq

mid-dinja bil-ġustizzja,

jiġġudika l-popli

bis-sewwa.

20 of 42

R:/ Int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek

21 of 42

Ikun il-Mulej kenn għal

min hu mgħakkes,

kenn għalih fi żmien

id-dwejjaq.

22 of 42

Fik jittama min jagħraf

lil ismek,

għax int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek.

23 of 42

R:/ Int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek

24 of 42

Għannu lill-Mulej li

joqgħod f'Sijon,

xandru fost il-popli

l-għemejjel tiegħu.

25 of 42

Hu, li jitħallas mid-demm,

jiftakar fihom, ma jinsiex għajjat l-imsejknin.

26 of 42

R:/ Int, Mulej, ma titlaqx ’il min ifittxek

27 of 42

Hallelujah, Hallelujah

28 of 42

Is-Salvatur tagħna

Kristu Ġesù qered il-mewt,

u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju

29 of 42

Hallelujah, Hallelujah

30 of 42

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 17, 14-20

R:/ Glorja lilek Mulej

31 of 42

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkubbtejh quddiemu u qallu:

32 of 42

“Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b'tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa' jew fin-nar jew fl-ilma.

33 of 42

Ġibtu lid-dixxipli tiegħek,

iżda ma setgħux ifejjquh.”

Wieġeb Ġesù u qal:

34 of 42

“Ja nies bla fidi u ħżiena!

Kemm se ndum magħkom?

Kemm se ndum nissaportikom? Ġibuhuli hawn.”

35 of 42

Imbagħad Ġesù hedded

bis-sħiħ lix-xitan, u dan ħareġ minnu, u minn dak

il-ħin stess it-tifel fieq.

36 of 42

Wara mbagħad id-dixxipli resqu lejn Ġesù għalihom weħidhom u qalulu:

“L-għala aħna ma rnexxilniex inkeċċuh?”

37 of 42

U hu qalilhom:

38 of 42

“Minħabba l-fidi żgħira

tagħkom! Għax tassew ngħidilkom, li kieku

għandkom fidi mqar daqs żerriegħa tal-mustarda,

39 of 42

kontu tgħidu lil din

il-muntanja, ‘Warrab minn hawn u mur hemm’,

u hi kienet twarrab;

40 of 42

u ma jkun hemm xejn għalikom li ma jistax isir.”

41 of 42

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

42 of 42