1 of 45

Qari mill-Ittra ta’

San Ġakbu Appostlu

Ġak 3, 1-10

2 of 45

Ħuti, la ssirux ħafna minnkom għalliema, għax tafu li aħna li ngħallmu nkunu ġġudikati b’reqqa akbar.

3 of 45

Aħna lkoll niżbaljaw, u ta’ sikwit; jekk xi ħadd ma jiżbaljax f’dak li jgħid, dan ikun perfett, kapaċi jrażżan ġismu kollu.

4 of 45

Aħna nqiegħdu l-ilġiem f’ħalq iż-żwiemel biex naħkmuhom, u bih immexxu ġisimhom kollu. Ħarsu wkoll lejn il-bastimenti:

5 of 45

għad li jkunu kbar u jimxu mal-irjieħ qawwija, naqra ta’ tmun idawwarhom fejn irid it-tmunier. Hekk ukoll

l-ilsien:

6 of 45

huwa biċċa ċkejkna

fil-ġisem, imma jista’ jiftaħar li jagħmel ħwejjeġ kbar. Ara, ftit nar jista’ jqabbadlek foresta sħiħa,

7 of 45

u l-ilsien huwa nar, huwa dinja ta’ ħażen fost il-membri ta’ ġisimna,

8 of 45

iniġġes il-ġisem kollu u jkebbes ir-ritmu

tal-ħajja, hu nnifsu mkebbes mill-infern.

9 of 45

Kull xorta ta’ bhejjem u għasafar, kull xorta ta’ bhejjem li jitkaxkru mal-art u ta’ ħut, dawn kienu u huma mmansati mill-bniedem.

10 of 45

Iżda ħadd ma għandu ħila jimmansa l-ilsien; kollu deni, bla kwiet, mimli velenu li jġib il-mewt.

11 of 45

Bih aħna nbierku lill-Mulej, lil Missierna, u bih nisħtu lill-bnedmin xbieha ta’ Alla.

12 of 45

Minn ilsien wieħed joħorġu l-barka u s-saħta. Dan m’għandux ikun, ħuti!

13 of 45

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 45

R:/ Int, Mulej, tieħu ħsiebna

Salm Responsorjali

15 of 45

Għajnuna, Mulej, għax m’hawnx aktar twajbin;

għabu s-sinċiera minn fost il-bnedmin.

16 of 45

Wieħed lil ieħor bil-gideb ikellem;

b’xufftejn qarrieqa, b’żewġt iqlub jitkellmu.

17 of 45

R:/ Int, Mulej, tieħu ħsiebna

18 of 45

Jaqta’ l-Mulej ix-xufftejn qarrieqa,

kull ilsien li jitkellem

bil-kburija,

19 of 45

dawk li jgħidu:

“Saħħitna fi lsienna,

kliem xufftejna magħna; min hu sidna?”

20 of 45

R:/ Int, Mulej, tieħu ħsiebna

21 of 45

Kliem il-Mulej kliem safi,

fidda mgħoddija min-nar,

seba’ darbiet imsoffija mit-trab.

22 of 45

Int, Mulej, tieħu ħsiebna,

tħarisna minn dan in-nisel għal dejjem.

23 of 45

R:/ Int, Mulej, tieħu ħsiebna

24 of 45

Hallelujah, Hallelujah

25 of 45

Minn ġos-sħaba nstama’ leħen il-Missier jgħid:

“Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu!”

26 of 45

Hallelujah, Hallelujah

27 of 45

Qari mill-Evanġelju skont �San Mark

Mk 9, 2-13

R:/ Glorja lilek Mulej

28 of 45

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil Ġwanni,

29 of 45

tellagħhom weħidhom fuq muntanja għolja, u tbiddel quddiemhom. Ilbiesu sar abjad u jgħammex b’dija tal-għaġeb:

30 of 45

ebda ħassiel fid-dinja ma jista’ jġib il-ħwejjeġ bojod daqshekk. U dehrilhom Elija ma’ Mosè, jitkellmu ma’ Ġesù.

31 of 45

Qabad Pietru u qal lil Ġesù:

32 of 45

“Mgħallem, kemm hu sew li aħna hawn! Ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija”.

33 of 45

Dan qalu għax ma kienx jaf x’jaqbad jgħid bil-biża’ kbir li waqa’ fuqhom.

34 of 45

Imbagħad ġiet sħaba u għattiethom, u minn

ġos-sħaba nstama’ leħen jgħid:

35 of 45

“Dan hu Ibni l-għażiż, isimgħu lilu!”.

36 of 45

Minnufih taw ħarsa madwarhom, u ma raw lil ħadd iżjed magħhom ħlief lil Ġesù waħdu.

37 of 45

Huma u neżlin minn fuq

il-muntanja, tahom ordni biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li kienu raw,

38 of 45

qabel ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.

39 of 45

Huma żammew kollox moħbi, iżda bdew jistaqsu lil xulxin x’kien ifisser tqum mill-imwiet.

40 of 45

Staqsewh u qalulu:

“Għaliex jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”.

Weġibhom:

41 of 45

“Tassew, l-ewwel għandu jiġi Elija, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu.

42 of 45

Mela kif inhu miktub fuq Bin il-bniedem li għandu jbati ħafna u jkun imżeblaħ?

43 of 45

Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma ġiebu rwieħhom miegħu kif għoġobhom, bħalma hemm miktub fuqu”.

44 of 45

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

45 of 45