Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Hosegħa
Hos 14, 2-10
Erġa’ dur, Iżrael, lejn
il-Mulej Alla tiegħek, għax int tfixkilt minħabba fi ħżunitek.
Ħudu kliem magħkom,
duru mill-ġdid lejn il-Mulej, u għidulu:
“Int tneħħi l-ħażen kollu:
ilqa’ t-tajjeb, u rroddu frott xufftejna.
L-Assirja ma ssalvaniex, fuq żiemel aktar ma nirkbux,
lanqas ma ngħidu iżjed ‘alla tagħna’ lil xogħol idejna Għandek l-iltim isib
il-ħniena.”
“Naħfrilhom, għad li xxewxu kontrija; minn qalbi nħobbhom, għaliex
il-korla tiegħi reġgħet lura minn fuqhom.
Jien għad inkun għal Iżrael bħal nida. Ħa jiftaħ bħal ġilju, għeruqu jxenxel bħal siġra tal-luq,
jinfirxu r-rimjiet tiegħu, sbuħitu ta’ siġra taż-żebbuġ, u jkun ifewwaħ qisu
l-Libanu.
U jerġgħu jiġu jgħammru taħt id-dell tiegħi, isiru qishom ġnien, jisbieħu qishom dielja, inbid tal-Libanu jkun tistħajjilhom.
X’għandi x’naqsam
mal-idoli, Efrajm? Kont jiena li weġibtek, u jien inħarsek;
għalik jien bħal ċipressa dejjem tħaddar, minni tikseb il-frott.”
Kull min hu għaref, jifhem dawn il-ħwejjeġ; ħa
jagħrafhom kul min hu
bil-għaqal,
għax il-Mulej it-triqat tiegħu dritti, il-ġusti jimxu fihom, iżda jitfixklu fihom
il-midinbin.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Fommi jxandar
it-tifħir tiegħek
Salm Responsorjali
Ikollok ħniena minni,
o Alla, fi tjubitek;
Fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.
Aħsilni kollni
mill-ħtija tiegħi;
naddafni mid-dnub tiegħi.
R:/ Fommi jxandar
it-tifħir tiegħek
Int li tħobb il-qalb
sinċiera,
għallimni l-għerf fil-fond
ta’ qalbi.
Roxxni bl-ilma,
u nissaffa;
aħsilni, u aktar mis-silġ nibjad.
R:/ Fommi jxandar
it-tifħir tiegħek
Oħloq fija qalb safja,
o Alla,
u spirtu qawwi ġedded
fija.
La twarrabnix minn quddiemek;
tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.
R:/ Fommi jxandar
it-tifħir tiegħek
Roddli l-hena
tas-salvazzjoni tiegħek,
u bi spirtu qalbieni wettaqni.
Iftahli xufftejja,
Sidi,
u fommi jxandar
it-tifħir tiegħek.
R:/ Fommi jxandar
it-tifħir tiegħek
Hallelujah, Hallelujah
Meta jiġi hu, l-Ispirtu
tal-verità, iwassalkom
għall-verità kollha; u jfakkarkom dak kollu li għedtilkom.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 10, 16-23
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal
lill-Appostli tiegħu:
“Ara, jiena qiegħed nibgħatkom bħal nagħaġ qalb l-ilpup.
Kunu mela għaqlin
bħas-sriep u safjin
bħall-ħamiem. Oqogħdu attenti mill-bnedmin!
Għax għad jerħukom f’idejn il-qrati, jagħtukom is-swat fis-sinagogi tagħhom,
itellgħukom quddiem gvernaturi u slaten minħabba fija, biex tagħtu xhieda quddiemhom u quddiem il-pagani.
Iżda meta jerħukom f’idejhom, tinkwetawx ruħkom kif se titkellmu jew x’se tgħidu,
għax dak il-ħin stess jingħatalkom xi jkollkom tgħidu.
Għax mhux intom tkunu
li titkellmu,
imma l-Ispirtu ta’ Missierkom ikun qiegħed jitkellem permezz tagħkom.
L-aħwa jwasslu lil xulxin għall-mewt u l-missier lil ibnu, u l-ulied iqumu kontra l-ġenituri tagħhom biex tinqatgħalhom għall-mewt.
U lilkom kulħadd isir jobgħodkom minħabba f’ismi. Imma min jibqa’ jżomm sħiħ
sal-aħħar, dan isalva.
Jekk jippersegwitawkom f’belt, aħarbu f’oħra. Tassew ngħidilkom, ma tkunux dortu l-bliet kollha ta’ Iżrael sa ma jiġi Bin il-Bniedem.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu