1 of 70

2 of 70

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 70

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 70

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 70

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 70

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 70

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 70

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 70

10 of 70

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Iżaija

Iż 56, 1.6-7

11 of 70

Dan jgħid il-Mulej:

12 of 70

“Żommu s-sewwa u agħmlu l-ġustizzja, għax

is-salvazzjoni tiegħi

għoddha waslet, u l-ġustizzja

tiegħi dalwaqt tfeġġ.

13 of 70

Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh,

u biex iħobbu isem il-Mulej, u jkunu qaddejja tiegħu,

14 of 70

kull min iħares is-Sibt u ma jiksrux u jżomm sħiħ fil-patt tiegħi, lil dawn inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi,

15 of 70

u nferraħhom f’dar it-talb tiegħi.

16 of 70

Il-vittmi maħruqa u

s-sagrifiċċji tagħhom

ikunu jogħġbuni telgħin

minn fuq l-artal tiegħi,

17 of 70

għax dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha”.

18 of 70

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

19 of 70

R:/ Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla

Salm Responsorjali

20 of 70

Iħenn għalina Alla, u jberikna;

idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!

21 of 70

Biex jingħarfu fuq l-art triqatek,

fost il-ġnus kollha

s-salvazzjoni tiegħek.

22 of 70

R:/ Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla

23 of 70

Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ,

għax trieġi l-popli

bis-sewwa,

24 of 70

u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.

25 of 70

R:/ Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla

26 of 70

Ifaħħruk il-popli, o Alla,

ifaħħruk il-popli kollha.

Iberikna Alla,

27 of 70

u tibża’ minnu l-art kollha minn tarf għall-ieħor!

28 of 70

R:/ Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla

29 of 70

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lir-Rumani

Rum 11, 13-15.29-32

30 of 70

Ħuti, issa ngħid lilkom,

il-pagani.

31 of 70

Sakemm jiena appostlu

tal-pagani nibqa’ nagħmel ġieħ lill-ministeru tiegħi,

32 of 70

bit-tama li nqajjem l-għira ta’ ġensi u hekk insalva lil xi wħud minnhom.

33 of 70

Għax jekk it-tkeċċija tagħhom ġiebet il-ħbiberija tad-dinja ma’ Alla,

34 of 70

l-ilqugħ tagħhom mill-ġdid xi jkun ifisser, jekk mhux ħajja mill-imwiet?

35 of 70

Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa tiegħu.

36 of 70

Bħalma fl-imgħoddi intom ma kontux tobdu lil Alla, imma issa sibtu l-ħniena tiegħu minħabba

d-diżubbidjenza tagħhom;

37 of 70

hekk huma wkoll m’humiex jobduh minħabba l-ħniena li sibtu intom mingħandu, ħalli issa huma wkoll isibu l-ħniena.

38 of 70

Għax Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel ħniena ma’ kulħadd.

39 of 70

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

40 of 70

Hallelujah, Hallelujah

41 of 70

Ġesù dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom,

42 of 70

ixandar l-Evanġelju

tas-Saltna

u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost

il-poplu.

43 of 70

Hallelujah, Hallelujah

44 of 70

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 15, 21-28

R:/ Glorja lilek Mulej

45 of 70

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid:

46 of 70

“Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!”.

47 of 70

Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh

id-dixxipli tiegħu, jitolbuh u jgħidulu:

48 of 70

“Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna”.

Imma hu qalilhom:

49 of 70

“Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu

mid-dar ta’ Iżrael”.

50 of 70

Iżda hi resqet, inxteħtet quddiemu u qaltlu:

“Għinni Mulej!”.

Hu weġibha:

51 of 70

“Mhux sewwa tieħu l-ħobż tal-ulied u tixħtu

lill-ġriewi”.

52 of 70

“Hekk hu, Mulej”

qaltlu

“iżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa’ minn fuq

il-mejda ta’ sidienhom!”.

53 of 70

Imbagħad wieġeb Ġesù u qalilha:

54 of 70

“Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa jsirlek kif tixtieq”.

55 of 70

U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.

56 of 70

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

57 of 70

58 of 70

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

59 of 70

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

60 of 70

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

61 of 70

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

62 of 70

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

63 of 70

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

64 of 70

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

65 of 70

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

66 of 70

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

67 of 70

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

68 of 70

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

69 of 70

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

70 of 70