3 ta’ Mejju - Festa ta’�San Filippu u San Ġakbu
Appostli.
Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja;
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk,
inberkuk,
nadurawk,
nagħtuk ġieh.
Inroddulek ħajr
għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan
tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox.
Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.
Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu
s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla.
Ammen.
3 ta’ Mejju - Festa ta’�San Filippu u San Ġakbu
Appostli.
Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja;
Qari Ewwel Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lill-Korintin
1Kor 15:1-8
Ħuti, irrid infakkarkom
fl-Evanġelju li ħabbartilkom, li intom ilqajtu u li fih qegħdin iżżommu sħiħ.
Bih intom salvati, bil-kelma li jien ħabbartilkom, jekk qegħdin iżżommuha u jekk l-fidi tagħkom ma kinitx għalxejn.
Qabel xejn, jien għallimtkom dak li tgħallimt jien, jiġifieri, li Kristu miet minħabba fi dnubietna, skont l-Iskrittura;
difnuh, u qam mill-imwiet fit-tielet jum, skont
l-Iskrittura. U deher lil Kefa, imbagħad lit-Tnax.
Deher imbagħad lil aktar minn ħames mitt aħwa dixxipli flimkien.
Ħafna minnhom għadhom ħajjin sal-lum; xi wħud minnhom raqdu.
Deher imbagħad lil Ġakbu, u wara lill-appostli kollha.
Fl-aħħar deher lili wkoll, wara kulħadd, qisni twelidt barra ż-żmien.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Mal-art kollha jasal leħinhom!
Salm Responsorjali
Is-smewwiet ixandru
l-glorja ta’ Alla,
għemil idejh tħabbar
il-firxa tas-sema.
Jum lill-ieħor jagħti
l-aħbar.
Lejl lill-ieħor iwassal
it-tagħrif.
R:/ Mal-art kollha jasal leħinhom!
Ma hemmx aħbar u anqas kliem,
ma hemmx leħen li ma jinstemax.
Mal-art kollha jasal leħinhom,
mad-dinja kollha jinxtered kliemhom.
R:/ Mal-art kollha jasal leħinhom!
Hallelujah, Hallelujah
Il-Mulej jgħid: Jiena hu
t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja;
Filippu, min ra lili ra
lill-Missier ukoll.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 14: 6-14
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien: Ġesù
qal lil Tumas:
“Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk
mhux bija.
Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”
Qallu Filippu:
“Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.”
Ġesù wieġbu:
Qallu Filippu:
“Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.”
Ġesù wieġbu:
“Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier ukoll.
Kif tasal int li tgħid. ‘Urini
l-Missier’? Ma temminx li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li ngħidilkom jien, ma ngħidux minn rajja,
iżda l-Missier li jgħammar fija qiegħed iwettaq
l-għemil. Emmnuni! Jien fil-Missier u l-Missier fija.
Jekk mhux għal ħaġ’oħra, emmnu minħabba
fl-għemil stess. Fis-sewwa
fis-sewwa ngħidilkom,
min jemmen fija hu wkoll għad jagħmel l-għemil li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnu għad jagħmel,
għax jiena sejjer għand
il-Missier. U jekk titolbu xi
ħaġa f’ismi, jiena nagħmilha, biex il-Missier ikun imsebbaħ f’Ibnu.
Iva, jekk titolbu xi ħaġa f’ismi, jiena nagħmilha.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
3 ta’ Mejju - Festa ta’�San Filippu u San Ġakbu
Appostli.
Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja;