1 of 39

L-Erbgħa

tat-Tielet Ġimgħa

tal-Avvent

2 of 39

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Iżaija

Iż 45, 6b-8.18.21b-25

3 of 39

“Jiena l-Mulej, m’hemmx ieħor ħliefi. Jien sawwart id-dawl u ħlaqt id-dlam;

jien nagħmel ir-riżq u noħloq id-deni;

4 of 39

jiena l-Mulej, li nagħmel dan kollu. Qattru, smewwiet, mill-għoli, u jraxxax is-sħab il-ġustizzja;

5 of 39

tinfetaħ l-art u tinbet

is-salvazzjoni, u tinbet magħha l-ġustizzja.

Jiena l-Mulej, jien ħlaqtha.”

6 of 39

Għax dan jgħid il-Mulej

li ħalaq is-smewwiet;

Hu li hu tassew Alla, li sawwar l-art, għamilha u wettaqha,

7 of 39

ma ħalaqhiex għall-baħħ, sawwarha biex jgħammru fiha:

8 of 39

“Jien hu l-Mulej, u m’hemm ħadd ħliefi! Mhux jien il-Mulej? U ma hemm ebda Alla ħliefi;

9 of 39

Alla ġust u salvatur, ma hemm ħadd għajri.

Duru lejja mill-ġdid, truf kollha tal-art, u intom tkunu salvi!

10 of 39

għax jien hu Alla, u ma hemm ħadd ħliefi! Bija nnifsi ˙lift, minn fommi ħarġet il-ġustizzja, u

l-kelma ma terġax lura:

11 of 39

għax quddiemi tiltewa kull irkoppa, bija jaħlef kull ilsien.”

Għalija għad jgħidu:

12 of 39

‘Fil-Mulej waħdu hemm

il-ħaqq u l-qawwa!’

Għandu għad jiġu, kollhom mistħija, dawk kollha li nkurlaw għalih.

13 of 39

Fil-Mulej isib il-ġustizzja

u jitfaħar in-nisel kollu ta’ Iżrael.

14 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

15 of 39

R./ Qattru, smewwiet, mill-għoli, u jraxxax

is-sħab il-ġustizzja

Salm Responsorjali

16 of 39

Ħa nisma’ xi jgħid Alla;

il-Mulej is-sliem ixandar.

17 of 39

Qrib hi tassew

is-salvazzjoni tiegħu għal dawk li jibżgħu minnu,

biex jgħammar is-sebħ f’artna.

18 of 39

R./ Qattru, smewwiet, mill-għoli, u jraxxax

is-sħab il-ġustizzja

19 of 39

It-tieba u l-fedeltà jiltaqgħu,

il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu.

20 of 39

Il-fedeltà mill-art tinbet,

u l-ġustizzja mis-sema tixref.

21 of 39

R./ Qattru, smewwiet, mill-għoli, u jraxxax

is-sħab il-ġustizzja

22 of 39

Il-Mulej ukoll jagħti ġid tiegħu,

u artna tagħti l-frott tagħha.

23 of 39

Il-ġustizzja quddiemu timxi,

u s-sliem fuq il-passi tiegħu.

24 of 39

R./ Qattru, smewwiet, mill-għoli, u jraxxax

is-sħab il-ġustizzja

25 of 39

Hallelujah, Hallelujah

26 of 39

Għolli leħnek bil-qawwa kollha,

int li tagħti l-aħbar it-tajba;

hawn hu Sidi l-Mulej, li ġej bil-qawwa.

27 of 39

Hallelujah, Hallelujah

28 of 39

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 7, 19-23

R:/ Glorja lilek Mulej

29 of 39

F’dak iż-żmien, Ġwanni sejjaħ tnejn mid-dixxipli tiegħu u bagħathom għand il-Mulej biex jistaqsuh:

30 of 39

“Inti huwa dak li għandu

jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?”

31 of 39

Kif dawk it-tnejn waslu ħdejh qalulu:

32 of 39

“Ġwanni l-Battista bagħatna għandek biex nistaqsuk:

‘Inti huwa dak li għandu jiġi, jew nistennew lil ħaddieħor?’ ”

33 of 39

Dak il-ħin stess Ġesù fejjaq ħafna nies mill-mard,

mit-tbatijiet u mill-ispirti ħżiena, u lil bosta għomja għoġbu jagħtihom id-dawl.

34 of 39

Imbagħad wieġeb u qalilhom:

35 of 39

“Morru agħtu lil Ġwanni

l-aħbar ta’dak li rajtu u smajtu; kif l-għomja qegħdin jerġgħu jaraw,

iz-zopop jimxu,

36 of 39

l-lebbrużi jfiqu, it-torox jisimgħu, il-mejtin iqumu, u kif il-bxara t-tajba qiegħda tixxandar lill-fqar.

37 of 39

Hieni hu min ma jitfixkilx

minħabba fija!”

38 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

39 of 39

L-Erbgħa

tat-Tielet Ġimgħa

tal-Avvent