1 of 67

Il-bieb tan-ngħaġ Huwa Jien

Jum il-vokazzjonijiet

2 of 67

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 67

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 67

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 67

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 67

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 67

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 67

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 67

Il-bieb tan-ngħaġ Huwa Jien

Jum il-vokazzjonijiet

10 of 67

Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 2, 14a.36-41

11 of 67

Nhar Għid il-Ħamsin, Pietru flimkien mal-Ħdax qam u qal lil-Lhud b’leħen għoli:

12 of 67

“Ħa jkun jaf fiż-żgur

il-poplu kollu ta’ Iżrael li lil dan Ġesù, li intom sallabtuh, Alla għamlu Mulej u Messija”.

13 of 67

Dan il-kliem li semgħu laqtilhom qalbhom, u qalu lil Pietru u lill-appostli

l-oħra:

14 of 67

“L-aħwa, x’għandna nagħmlu aħna?”.

U Pietru weġibhom:

15 of 67

“Indmu, u jitgħammed kull wieħed minnkom

fl-isem ta’ Ġesù Kristu

għall-maħfra ta’ dnubietkom;

16 of 67

u intom tirċievu d-don

tal-Ispirtu s-Santu. Għax il-wegħda qiegħda għalikom u għal uliedkom u għal dawk kollha li huma fil-bogħod,

17 of 67

dawk kollha li l-Mulej Alla tagħna sejħilhom”.

18 of 67

U b’ħafna kliem ieħor tahom xhieda u wissiehom billi qalilhom:

19 of 67

“Salvaw lilkom infuskom minn dan in-nisel ħażin”.

20 of 67

Għalhekk dawk li laqgħu kliemu tgħammdu u

dakinhar ingħaqdu

mad-dixxipli madwar tlitt elef ruħ.

21 of 67

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

22 of 67

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi: xejn ma jonqosni

Salm Responsorjali

23 of 67

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi:

xejn ma jonqosni.

F’mergħat kollha ħdura jqegħedni,

24 of 67

ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni.

Hemm hu jrejjaqni.

25 of 67

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi: xejn ma jonqosni

26 of 67

Imexxini fit-triq tas-sewwa

minħabba l-isem tiegħu.

Imqar jekk nimxi f’wied mudlam,

27 of 67

ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek,

huma jwennsuni.

28 of 67

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi: xejn ma jonqosni.

29 of 67

Inti tħejji mejda għalija

quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi,

u l-kalċi tiegħi tfawwarli.

30 of 67

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi: xejn ma jonqosni

31 of 67

Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena

il-jiem kollha ta’ ħajti.

U ngħammar f’dar il-Mulej

sakemm indum ħaj!

32 of 67

R:/ Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi: xejn ma jonqosni

33 of 67

Qari mill-Ewwel Ittra ta’�San Pietru Appostlu1 Piet 2, 20b-25

34 of 67

Għeżież, jekk tagħmlu

t-tajjeb u ssofru t-tbatija bis-sabar, din tkun grazzja quddiem Alla. Għal dan intom kontu msejħa,

35 of 67

għax Kristu wkoll bata għalikom u ħallielkom eżempju, biex timxu fuq

il-passi tiegħu: hu li ma kien għamel ebda dnub,

36 of 67

u ebda qerq ma nstab f’fommu, meta għajruh ma weġibx bit-tagħjir, meta bata ma heddidx imma ħalla f’idejn l-Imħallef ġust.

37 of 67

Hu tgħabba bi dnubietna

sa fuq is-salib, biex aħna mmutu għad-dnubiet, u ngħixu għall-ġustizzja.

Bil-ġrieħi tiegħu intom fiqtu.

38 of 67

Intom kontu bħal nagħaġ mitlufa, imma issa rġajtu lura għand ir-ragħaj

u l-għassies ta’ ruħkom.

39 of 67

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

40 of 67

Hallelujah, Hallelujah

41 of 67

Jiena r-ragħaj it-tajjeb, jgħid il-Mulej;

jiena nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili.

42 of 67

Hallelujah, Hallelujah

43 of 67

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 10, 1-10

R:/ Glorja lilek Mulej

44 of 67

F’dak iż-żmien, Ġesù qal:

45 of 67

“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra,

46 of 67

dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ. Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ,

47 of 67

in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu, u hu jsejjaħ

in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra.

48 of 67

U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu.

49 of 67

Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx”.

50 of 67

Din il-parabbola qalhielhom

Ġesù, iżda huma ma fehmux x’ried jgħidilhom biha. Għalhekk Ġesù raġa’ qalilhom:

51 of 67

“Tassew, tassew ngħidilkom li l-bieb tan-nagħaġ huwa jien. Dawk kollha li ġew sa issa qabli huma ħallelin u briganti.

52 of 67

Iżda n-nagħaġ lilhom ma semgħuhomx. Jiena hu

l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva,

53 of 67

u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa. Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred.

54 of 67

Jiena ġejt biex ikollkom

il-ħajja, u ħajja bil-kotra”.

55 of 67

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

56 of 67

Il-bieb tan-ngħaġ Huwa Jien

Jum il-vokazzjonijiet

57 of 67

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

58 of 67

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

59 of 67

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

60 of 67

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

61 of 67

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u

fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

62 of 67

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

63 of 67

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

64 of 67

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

65 of 67

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

66 of 67

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej. Ammen.

67 of 67