1 of 49

Is-Sibt

tal-Ottava tal-Għid

2 of 49

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 49

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 49

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 49

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 49

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 49

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 49

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 49

Is-Sibt

tal-Ottava tal-Għid

10 of 49

Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-AppostliAtti 4, 13-21

11 of 49

F’dak iż-żmien, il-kapijiet tal-Lhud u x-xjuħ u

l-kittieba, meta raw

il-kuraġġ li bih Pietru u Ġwanni kienu tkellmu,

12 of 49

baqgħu mistagħġba bihom, għax kienu jafu kemm dawn kienu nies sempliċi u bla tagħlim, u fehmu sewwa li kienu nies ta’

13 of 49

madwar Ġesù; imma meta raw ir-raġel li kien imfejjaq, wieqaf hemm ħdejhom, ma kellhom ħila jwieġbu xejn.

14 of 49

Imbagħad ġagħluhom joħorġu barra

mis-Sinedriju, qagħdu jitħaddtu bejniethom u bdew jgħidu:

15 of 49

“X’se nagħmlu bihom dawn in-nies? Għax in-nies kollha ta’ Ġerusalemm jafu li dan il-miraklu sar permezz tagħhom;

16 of 49

u dan aħna ma nistgħux niċħduh.

17 of 49

Imma, biex dan ma jixteridx aktar fost

il-poplu, ejjew nhedduhom biex ma jsemmu dan l-isem ma’ ħadd iżjed”.

18 of 49

Għalhekk reġgħu sejħulhom, u ordnawlhom biex b’ebda mod ma jitkellmu jew jgħallmu fl-isem ta’ Ġesù.

19 of 49

Imma Pietru u Ġwanni weġbuhom:

20 of 49

“Għidulna intom jekk hux

sewwa quddiem Alla li aħna nisimgħu aktar minnkom milli minn Alla;

21 of 49

għax aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajnau smajna”.

22 of 49

Imbagħad reġgħu hedduhom u telquhom, għaliex minħabba l-poplu ma għarfux kif jaqbdu jikkastigawhom,

23 of 49

għax kulħadd kien qiegħed jagħti glorja lil Alla għal dak li ġara.

24 of 49

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

25 of 49

R:/ Niżżik ħajr, Mulej, talli weġibtni

Salm Responsorjali

26 of 49

Faħħru l-Mulej, għaliex hu tajjeb, għax għal dejjem

it-tieba tiegħu!

Qawwa tiegħi u għana tiegħi l-Mulej;

27 of 49

hu kien għalija

s-salvazzjoni tiegħi.

Għajjat ta’ ferħ u rebħ

fl-għerejjex tat-tajbin:

28 of 49

il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!

29 of 49

R:/ Niżżik ħajr, Mulej,

talli weġibtni

30 of 49

Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugħa,

il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila.

31 of 49

Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix, u nħabbar

L-għemejjel tal-Mulej. Ħaqarni tassew il-Mulej, iżda ma telaqnix għall-mewt.

32 of 49

R:/ Niżżik ħajr, Mulej,

talli weġibtni

33 of 49

Iftħuli l-bibien

tal-ġustizzja; ħa nidħol minnhom u rrodd ħajr

lill-Mulej.

34 of 49

Dan hu bieb il-Mulej;

il-ġusti jidħlu minnu.

Niżżik ħajr talli weġibtni

u kont għalija s-salvazzjoni tiegħi.

35 of 49

R:/ Niżżik ħajr, Mulej, talli weġibtni

36 of 49

Hallelujah, Hallelujah

37 of 49

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih!

38 of 49

Hallelujah, Hallelujah

39 of 49

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 16, 9-15

R:/ Glorja lilek Mulej

40 of 49

Wara li qam mill-mewt filgħodu kmieni fl-ewwel jum tal-ġimgħa Ġesù deher l-ewwel lil Marija ta’ Magdala,

41 of 49

li minnha kien keċċa seba’xjaten. Din marret tħabbar kollox lil sħabu, li kienu qalbhom sewda u jibku.

42 of 49

Imma dawn, meta semgħuha tgħid li hu kien ħaj u li ratu, ma emmnuhiex.

43 of 49

Wara dan, wera ruħu taħt sura oħra lil tnejn minnhom huma u sejrin bil-mixi lejn ir-raba’.

44 of 49

U huma reġgħu lura u taw

l-aħbar lill-oħrajn, imma anqas lil dawn ma emmnuhom.

45 of 49

Fl-aħħar wera ruħu

lill-Ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda,

46 of 49

u ċanfarhom talli kienu nieqsa mill-fidi u hekk rashom iebsa li ma emmnux lil dawk li kienu rawh wara li qam mill-mewt. U qalilhom:

47 of 49

“Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju

lill-ħolqien kollu”.

48 of 49

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

49 of 49

Is-Sibt

tal-Ottava tal-Għid