1 of 54

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Quddiesa tas-Sebħ

2 of 54

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 54

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 54

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 54

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 54

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 54

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 54

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Quddiesa tas-Sebħ

9 of 54

��

Qari I

Arah ġej is-Salvatur tiegħek.

Qari mill-Ktieb

tal- Profeta Isaija Is 62, 11-12

10 of 54

Araw, il-Mulej isamma’

leħnu sa truf l-art:

“Għidu lil bint Sijon:

11 of 54

Arah, ġej is-salvatur tiegħek!

Arah bil-prezz f’idu

u l-ħlas quddiemu.

12 of 54

U jibdew isejħulhom

Poplu qaddis,

il-Mifdijin tal-Mulej.

U lilek isejħulek l-Imfittxija,

il-Belt qatt abbandunata”.

13 of 54

Il-Kelma tal-Mulej

Irroddu ħajr lill Alla

14 of 54

Salm Responsorjali

Salm 96 (97), 1.6. 11-12

Illum jiddi fuqna d-dawl, għax twildilna l-Mulej

15 of 54

Il-Mulej isaltan!

Ħa taqbeż l-art bil-ferħ,

u jifirħu l-ħafna gżejjer!

16 of 54

Ixandru s-smewwiet

il-ġustizzja tiegħu;

jaraw il-popli kollha

s-sebħ tiegħu.

17 of 54

Illum jiddi fuqna d-dawl, għax twildilna l-Mulej

18 of 54

Ifeġġ id-dawl fuq il-ġust,

u l-hena għal qalb

in-nies sewwa.

19 of 54

Ifirħu, ġusti, fil-Mulej,

u faħħru l-isem qaddis tiegħu.

20 of 54

Illum jiddi fuqna d-dawl, għax twildilna l-Mulej

21 of 54

Qari II

Hu salvana minħabba fil-ħniena tiegħu.

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu lil Titu Tit 3, 4-7

22 of 54

Għażiż, meta feġġet it-tjieba

ta’ Alla, Salvatur tagħna,

u l-imħabba tiegħu

għall-bnedmin,

23 of 54

hu salvana bil-ħasil ta’

twelid ġdid u t-tiġdid

tal-Ispirtu s-Santu,

24 of 54

mhux minħabba l-opri

tajba li stajna għamilna aħna,

25 of 54

iżda minħabba

l-ħniena tiegħu.

26 of 54

Dan l-Ispirtu hu xerrdu

bil-kotra fuqna

b’Ġesù Kristu,

is-Salvatur tagħna,

27 of 54

biex bis-saħħa

tal-grazzja tiegħu

28 of 54

nitqaddsu u nsiru werrieta

tal-ħajja ta’ dejjem

skont it-tama li għandna.

29 of 54

Il-Kelma tal-Mulej

Irroddu ħajr lill Alla

30 of 54

Hallelujah

Hallelujah

31 of 54

Glorja lil Alla fl-ogħla

tas-smewwiet,

u sliem fl-art lill-bnedmin

li jogħġbu lilu!

32 of 54

Hallelujah

Hallelujah

33 of 54

Evanġelju

Sabu lil Marija u lil Ġużeppi u t-tarbija.

✠ Evanġelju skont

San Luqa Lq 2, 15-20

34 of 54

Meta mbagħad l-anġli ħallewhom u telgħu s-sema,

35 of 54

ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin: “Ejjew immorru Betlehem ħa naraw x’ġara kif għarrafna l-Mulej”.

36 of 54

Marru mela jgħaġġlu,

u sabu lil Marija u lil Ġużeppi bit-tarbija mimduda f’maxtura.

37 of 54

Kif raw dan, bdew jgħarrfu b’kulma kien intqal lilhom dwar dik it-tarbija,

38 of 54

u kull min semagħhom baqa’ mistagħġeb b’dak li qalulhom ir-rgħajja.

39 of 54

Marija, min-naħa tagħha, baqgħet tgħożż f’qalbha dawn il-ħwejjeġ kollha u taħseb fuqhom bejnha u bejn ruħha.

40 of 54

Ir-rgħajja mbagħad reġgħu lura,isebbħu u jfaħħru lil Alla għal kulma kienu raw u semgħu, kif l-anġlu kien qalilhom.

41 of 54

Il-Kelma tal-Mulej

Tifħir lilek Kristu

42 of 54

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Quddiesa tas-Sebħ

43 of 54

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

44 of 54

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

45 of 54

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

46 of 54

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

47 of 54

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

48 of 54

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

49 of 54

mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

50 of 54

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

51 of 54

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

52 of 54

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

53 of 54

It-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu

Quddiesa tas-Sebħ

54 of 54

AWGURI