1 of 31

L-Erbgħa

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Avvent

2 of 31

Qari mill-Ktieb tal-

Profeta Iżaija

Iż 40, 25-31

3 of 31

“Ma’ min ixxebbhuni jew tqabbluni?”

jistaqsi l-Qaddis. Erfgħu għajnejkom ’il fuq u araw:

4 of 31

min ħalaqhom dawn

il-ħlejjaq kollha?

Imexxi u jgħodd l-eżerċti tiegħu, u jsejħilhom b’isimhom wieħed wieħed.

5 of 31

Bis-saħħa ta’ qawwietu,

bil-qawwa ta’ setegħtu,

ħadd minnhom ma jonqos.

Għaliex titkellem Ġakobb,

u int, Iżrael, tgħid:

6 of 31

“Triqti moħbija mill-Mulej,

u mwarrab il-jedd tiegħi minn Alla”?

Jaqaw ma tafx? Lanqas ma smajt?

7 of 31

Il-Mulej hu Alla ta’dejjem, il-ħallieq ta’ truf l-art. Ma jegħja qatt, u ma jinkeddx, l-għerf tiegħu ma ssibx tarfu.

8 of 31

Hu li jagħti l-qawwa

lill-għajjien, u jkattar

il-qawwa lil min hu bla saħħa. Jintelqu ż-żgħażagħ u jegħjew,

9 of 31

fl-aħjar tagħhom jogħtru

l-irġiel. Imma dawk li jittamaw fil-Mulej jieħdu saħħithom, itellgħu

l-ġwienaħ bħall-ajkli,

10 of 31

jiġru bla ma jegħjew, jimxu bla ma jintelqu.

11 of 31

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

12 of 31

R./ Bierek, ruħ tiegħi,

il-Mulej!

Salm Responorjali

13 of 31

Bierek, ruħ tiegħi,

il-Mulej!

B’qalbi kollha nbierek

l-isem qaddis tiegħu.

14 of 31

Bierek, ruħ tiegħi,

il-Mulej,

u la tinsiex il-ġid kollu

li għamel miegħek.

15 of 31

R./ Bierek, ruħ tiegħi,

il-Mulej!

16 of 31

Hu li jaħfer dnubietek kollha;

ifejjaq il-mard tiegħek kollu;

17 of 31

jifdi lil ħajtek mill-qabar; iħaddnek bit-tieba u

l-ħniena.

18 of 31

R./ Bierek, ruħ tiegħi,

il-Mulej!

19 of 31

Hanin u twajjeb il-Mulej, idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.

20 of 31

Ma mexiex magħna skont ma ħaqqhom ħtijietna;

ma ħallasniex skont ma ħaqqha ħżunitna.

21 of 31

R./ Bierek, ruħ tiegħi,

il-Mulej!

22 of 31

Hallelujah, Hallelujah

23 of 31

Ara, il-Mulej ġej biex

isalva lill-poplu tiegħu:

hienja dawk li huma lesti

biex jiltaqgħu miegħu.

24 of 31

Hallelujah, Hallelujah

25 of 31

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 11, 28-30

R:/ Glorja lilek Mulej

26 of 31

F’dak iż-żmien, Ġesù qal:

27 of 31

“Ejjew għandi,

intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin,

u jiena nserraħkom.

28 of 31

Ħudu fuqkom il-madmad

tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu

il-mistrieħ għal ruħkom.

29 of 31

Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif.”

30 of 31

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

31 of 31

L-Erbgħa

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Avvent