1 of 60

It-Tnejn

tal-Ottava tal-Għid

2 of 60

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 60

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 60

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 60

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 60

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 60

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 60

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 60

It-Tnejn

tal-Ottava tal-Għid

10 of 60

Qari mill-Ktiebtal-Atti tal-Appostli Atti 2, 14.22-33

11 of 60

Nhar Għid il-Ħamsin, Pietru, flimkien mal-Ħdax, qam u qal lil-Lhud b’leħen għoli:

12 of 60

“Nies tal-Lhudija, u intom

ilkoll li toqogħdu f’Ġerusalemm, kunu afu dan u isimgħu sewwa x’se ngħidilkom jien.

13 of 60

Ġesù ta’ Nazaret kien bniedem li Alla takom prova tiegħu permezz tal-mirakli u l-għeġubijiet u s-sinjali li għamel bih fostkom,

14 of 60

kif intom stess tafu. Lil dan

Ġesù, Alla telaqhulkom f’idejkom skont l-għerf u

l-pjan li fassal minn qabel,

15 of 60

u intom neħħejtuh billi sallabtuh permezz ta’ nies ħżiena; imma Alla qajmu mill-imwiet billi ħall l-irbit tal-mewt,

16 of 60

għaliex ma setax ikun li

l-mewt iżżommu taħt

is-setgħa tagħha.

Għax David jgħid fuqu :

17 of 60

‘Żammejt lill-Mulej dejjem quddiemi, għax hu fuq

il-lemin tiegħi, biex qatt ma nitħarrek.

18 of 60

Għalhekk ferħet qalbi u mtela bl-hena lsieni ; u ġismi wkoll jistrieħ

fit-tama, għax inti ma titlaqx fl-imwiet lil ruħi,

19 of 60

u ma tħallix il-Qaddis tiegħek jara t-taħsir.

Inti għarraftni t-triq

tal-ħajja, timlieni bil-ferħ meta nkun quddiemek’.

20 of 60

Ħuti, ħalluni ngħidhielkom kif inħossha fuq

il-patrijarka David; hu miet u kien midfun u l-qabar tiegħu għadu magħna sal-lum stess.

21 of 60

Issa hu kien profeta, u kien jaf li Alla ħaliflu b’ġurament li kellu jqiegħed fuq it-tron tiegħu bniedem ġej minn nislu.

22 of 60

David ra minn qabel u ħabbar il-qawmien

tal-Messija, u qal:

‘La kien mitluq fl-imwiet u lanqas ġismu ma ra t-taħsir’.

23 of 60

Lil dan Ġesù, Alla qajmu mill-imwiet, u ta’ dan aħna lkoll xhieda. Għalhekk, issa li Alla għollieh

bil-leminija tiegħu,

24 of 60

Huwa rċieva mingħand

il-Missier l-Ispirtu s-Santu li kien imwiegħed, u sawbu fuqna, kif qegħdin taraw u tisimgħu”.

25 of 60

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

26 of 60

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

Salm Responsorjali

27 of 60

Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn.

Jien għedt lill-Mulej: “Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek”.

28 of 60

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi,

inti żżomm f’idejk xortija.

29 of 60

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

30 of 60

Inbierek lill-Mulej li tani

l-fehma;

imqar billejl qalbi tgħallimni.

31 of 60

Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi,

għax bih f’leminti qatt ma nitħarrek.

32 of 60

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

33 of 60

Hekk tifraħ qalbi u tithenna ruħi,

u ġismi wkoll jistrieħ

fil-kwiet.

34 of 60

Għax int ma titlaqnix

fl-imwiet,

ma tħallix il-maħbub tiegħek jara l-qabar.

35 of 60

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

36 of 60

Int tgħallimni t-triq

tal-ħajja; hemm il-milja

tal-ferħ quddiemek,

hemm l-għaxqa għal dejjem f’lemintek.

37 of 60

R:/ Ħarisni, o Alla, għax fik jien nistkenn

38 of 60

SEKWENZA

39 of 60

Ħa jgħollu l-insara b’tifħirhom il-Vittma

tal-Għid: għax feda l-Ħaruf in-nagħaġ tiegħu

mill-jasar tal-mewt;

40 of 60

Ġesù raġa’ ħabbeb

il-midneb ma’ Alla

l-Missier. F’taqbida

tal-għaġeb mal-Ħajja

inqerdet il-Mewt;

41 of 60

u qam Sid il-ħajja

mill-qabar, isaltan rebbieħ.

“Għidilna, Marija, ħabbrilna:

fit-triq lil min rajt?”

42 of 60

“Jien rajt qabar Kristu li rxoxta fis-sebħ

tal-qawmien;

rajt l-Anġli li ġew jagħtu xhieda, il-faxxa, il-liżar.

43 of 60

Irxoxta mill-mewt Kristu Sidi, li fih ittamajt!

Mar hu l-Galilija qabilkom:

hemmhekk se tarawh”.

44 of 60

O, nemmnu li llum Kristu rxoxta tassew mill-imwiet!

Int mela, Sultan, ħenn għalina, O Kristu rebbieħ.

Ammen! Hallelujah!

45 of 60

Hallelujah, Hallelujah

46 of 60

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih!

47 of 60

Hallelujah, Hallelujah

48 of 60

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 28, 8-15

R:/ Glorja lilek Mulej

49 of 60

F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn

il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu

l-aħbar lid-dixxipli tiegħu.

50 of 60

U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom:

51 of 60

“Is-sliem għalikom!”.

52 of 60

Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom:

53 of 60

“Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”.

54 of 60

Huma u sejrin, xi wħud mill-għases marru l-belt għand il-qassisin il-kbar u tawhom l-aħbar ta’ kulma kien ġara.

55 of 60

Dawn inġabru flimkien

max-xjuħ, ftiehmu bejniethom, u taw

lis-suldati kemxa flus ġmielha u qalulhom:

56 of 60

“Għidu hekk:

‘Ġew id-dixxipli tiegħu billejl u serquh waqt li konna reqdin’.

57 of 60

U jekk il-gvernatur jisma’ b’dan, aħna nġagħluh jemmen, u lilkom neħilsukom minn kull inkwiet”.

58 of 60

Dawk ħadu l-flus u għamlu kif qalulhom. U din il-biċċa

xterdet hekk fost il-Lhud sal-ġurnata tal-lum.

59 of 60

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

60 of 60

It-Tnejn

tal-Ottava tal-Għid