1 of 71

2 of 71

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 71

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 71

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 71

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 71

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 71

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 71

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 71

10 of 71

Qari mill-Ktieb tal-

Apokalissi ta’ San Gwann Appostlu

Apok 11,19c; 12,1.3-4a.10ab

11 of 71

Infetaħ it-Tempju ta’ Alla, li hemm fis-sema, u dehret

l-arka tal-patt tiegħu

fit-Tempju tiegħu. U deher sinjal kbir fis-sema:

12 of 71

mara, liebsa x-xemx,

bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.

13 of 71

Hija kienet fit-tqala u bdiet tgħajjat bl-uġigħ tal-ħlas u tbati biex teħles. Imbagħad fis-sema deher sinjal ieħor:

14 of 71

ara, Dragun kbir minn lewn in-nar, b’sebat irjus u għaxart iqrun, u b’seba’djademi fuq irjusu.

15 of 71

U b’denbu kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb

tas-sema u waddabhom lejn

l-art.

16 of 71

U d-Dragun mar qagħad quddiem il-mara li kienet se tiled, biex kif tiled lil binha jibilgħu.

17 of 71

U hi wildet iben, tifel, li

kien għad irid jirgħa

l-ġnus b’xettru tal-ħadid.

18 of 71

U binha ġie maħtuf għal quddiem Alla u quddiem

it-tron tiegħu.

19 of 71

U l-Mara ħarbet fid-deżert. U smajt leħen qawwi

fis-sema jgħid:

20 of 71

“Issa ġiet is-salvazzjoni u

l-qawwa u s-saltna ta’

Alla tagħna u s-setgħa

tal-Messija tiegħu.”

21 of 71

Il-Kelma tal-MulejR:/ Irroddu ħajr lil Alla

22 of 71

R:/ F’lemintek is-Sultana,

fid-dawl tal-glorja!

Salm Responsorjali

23 of 71

Ulied is-sultan jiġu jilqgħuk,

f’lemintek is-sultana

mżejna b’deheb ta’ Ofir.

24 of 71

Isma’, binti, ħares u agħti widen,

insa ’l niesek u ’l dar missierek.

25 of 71

R:/ F’lemintek is-Sultana,

fid-dawl tal-glorja!

26 of 71

Jixxennaq is-sultan għal ġmielek;

u għax hu sidek, agħtih qima.

27 of 71

Ix-xebbiet jiġu b’għana ta’ ferħ u għajjat,

jidħlu fil-palazz

tas-sultan.

28 of 71

R:/ F’lemintek is-Sultana,

fid-dawl tal-glorja!

29 of 71

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl

Appostlu lill-Korintin

1 Kor 15,20-26

30 of 71

Ħuti: Kristu kien imqajjem tassew mill-imwiet,

l-ewwel fost dawk li raqdu. Għaliex jekk permezz ta’ bniedem feġġet il-mewt,

31 of 71

bi bniedem ukoll iseħħ

il-qawmien mill-imwiet.

Għax bħalma l-bnedmin kollha jmutu f’Adam, hekk ilkoll jiksbu l-ħajja fi Kristu.

32 of 71

Imma kulħadd skont kif imissu: l-ewwel, Kristu;

wara, dawk li huma ta’ Kristu, meta jerġa jiġi.

33 of 71

Imbagħad it-tmiem, meta

Kristu jerħi s-saltna f’idejn Alla l-Missier, wara li jkun qered kull ħakma u kull setgħa u kull qawwa.

34 of 71

Għax jeħtieġ li hu jsaltan

‘sa ma jqiegħed

l-għedewwa kollha taħt riġlejh.’

35 of 71

L-aħħar għadu li jinqered: il-Mewt.

36 of 71

Il-Kelma tal-MulejR:/ Irroddu ħajr lil Alla

37 of 71

Hallelujah, Hallelujah

38 of 71

Marija ttellgħet

fis-sema; jifirħu l-qtajja’

tal-Anġli

39 of 71

Hallelujah, Hallelujah

40 of 71

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

R:/ Glorja lilek Mulej

Lq 11:39-56

41 of 71

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt

tal-Lhudija.

42 of 71

Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdana,

43 of 71

u Eliżabetta mtliet

bl-Ispirtu s-Santu; u

nfexxet f’għajta kbira u qalet:

44 of 71

“Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf

tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm Sidi tiġi għandi?

45 of 71

Għax ara malli smajt f’widnejja leħen

it-tislima tiegħek, it-tarbija

qabżet u tqanqlet bil-ferħ fi ħdani.

46 of 71

Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ kulma ntqalilha min-naħa

tal-Mulej.”

47 of 71

Imbagħad qalet Marija:

48 of 71

“Ruħi tfaħħar il-kobor

tal-Mulej, u l-Ispirtu tiegħi jifraħ f’Alla

s-Salvatur tiegħi,

49 of 71

għax hu xeħet għajnejh

fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.

50 of 71

Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel jibda jsejjaħli hienja, għax is-Segħtani għamel miegħi ħwejjeġ kbar; qaddis hu l-isem tiegħu.

51 of 71

Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu minnu.

52 of 71

Hu wera l-qawwa ta’ driegħu, xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom.

53 of 71

Niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin.

54 of 71

Mela b’kull ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ’il barra b’xejn.

Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu,

55 of 71

għax ftakar fil-ħniena tiegħu -bħalma wiegħed ’il missirijietna – b’risq Abraham u nislu għal dejjem.”

56 of 71

Marija baqgħet ma’ Eliżabetta għal xi tliet xhur u mbagħad reġgħet lura lejn darha.

57 of 71

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

58 of 71

59 of 71

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

60 of 71

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

61 of 71

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

62 of 71

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

63 of 71

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

64 of 71

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

65 of 71

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

66 of 71

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

67 of 71

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

68 of 71

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

69 of 71

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

70 of 71

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

71 of 71