1 of 36

Qari mill-Ktieb

ta’ Koħèlet

Koħ 1, 2-11

2 of 36

O frugħa tal-frugħat, jgħid Koħèlet. O frugħa

tal-frugħat! Kollox frugħa!

3 of 36

Xi qligħ għandu l-bniedem mit-taħbit tiegħu kollu, li jġarrab taħt ix-xemx?

4 of 36

Ġenerazzjoni tmur u oħra tiġi, imma l-art tibqa’ għal dejjem. Ix-xemx titla’,

ix-xemx tinżel, u tgħaġġel lejn mnejn titla’.

5 of 36

Jonfoħ ir-riħ lejn

in-Nofsinhar, u lejn

it-Tramuntana jdur, u jerġa’ lura lejn it-tidwir tiegħu.

6 of 36

Ix-xmajjar kollha lejn

il-baħar jiġru, iżda ma jimteliex il-baħar bihom;

7 of 36

mnejn ikunu bdew il-mixja tagħhom, ’l hemmhekk

ix-xmajjar jerġgħu jmorru.

8 of 36

Kollox fih it-taħbit tiegħu,

u dan il-bniedem ma jasalx li jfissru.

9 of 36

L-għajn ma tixbax tara,

u ma timtela qatt bis-smigħ

il-widna.

10 of 36

Dak li ġa sar hu dak li għad isir, li ġara huwa dak li għad jiġri; xejn ġdid m’hemm taħt ix-xemx.

11 of 36

Hemm xi ħaġa li fuqha tista’ tgħid:

“Ara din ħaġa ġdida”?

Le, din diġà kienet

fiż-żminijiet qabilna.

12 of 36

La dak li sar qabilna ma niftakru, lanqas niftakru dak li jsir warajna.

13 of 36

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 36

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

Salm Responsorjali

15 of 36

Int traġġa’ l-bnedmin lejn it-trab,

u tgħidilhom: “Erġgħu lura, intom bnedmin!”

16 of 36

Elf sena huma għalik

bħal jum tal-bieraħ li għadda,

jew bħal sahra tal-lejl.

17 of 36

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

18 of 36

Int taħsadhom, u jsiru bħal ħolma.

Huma bħall-ħaxix li jinbet filgħodu;

19 of 36

filgħodu jwarrad u jħaddar,

filgħaxija jidbiel u jinxef.

20 of 36

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

21 of 36

Għallimna ngħoddu jiem ħajjitna,

sabiex aħna nimxu

bil-għaqal.

22 of 36

Dur lejna, Mulej! Kemm se ddum?

Ħenn għall-qaddejja tiegħek!

23 of 36

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

24 of 36

Imliena kmieni bit-tieba tiegħek,

biex nifirħu u nithennew ħajjitna kollha.

25 of 36

Ħa tkun fuqna l-grazzja ta’ Alla Sidna!

Wettqilna inti x-xogħol ta’ jdejna,

wettaq, iva, xogħol idejna.

26 of 36

R:/ Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel

27 of 36

Hallelujah, Hallelujah

28 of 36

Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej.

Ħadd ma jmur għand

il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.

29 of 36

Hallelujah, Hallelujah

30 of 36

Qari mill-Evanġelju ta’

San Luqa

Lq 9, 7-9

R:/ Glorja lilek Mulej

31 of 36

F’dak iż-żmien, dawn

il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb,

32 of 36

għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija,

33 of 36

u oħrajn li qam wieħed

mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal:

34 of 36

“Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?”

U beda jfittex li jarah.

35 of 36

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

36 of 36