1 of 70

Il-Qawmien

tal-Mulej

mill-Imwiet

2 of 70

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 70

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 70

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 70

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 70

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 70

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 70

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 70

Il-Qawmien

tal-Mulej

mill-Imwiet

10 of 70

Qari mill-Ktieb tal-

Atti tal-Appostli

Atti 10, 34a.37-43

11 of 70

F’dak iż-żmien, Pietru qabad jitkellem u qal:

12 of 70

“Intom tafu b’dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara li Ġwanni kien xandar

il-magħmudija;

13 of 70

tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nazaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, u kif dan Ġesù għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk

14 of 70

kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu.

15 of 70

U aħna xhud ta’ dak kollu li hu għamel

fl-art tal-Lhudija u f’Ġerusalemm.

16 of 70

Tawh il-mewt billi dendluh

mal-għuda tas-salib; imma Alla qajmu mill-imwiet

fit-tielet jum u għamel li hu jidher, mhux lil kulħadd,

17 of 70

imma lix-xhieda li Alla għażel minn qabel, lilna, li miegħu kilna u xrobna wara l-qawmien tiegħu mill-imwiet.

18 of 70

Lilna ordnalna biex inxandruh lill-poplu u nixhdu li dan hu dak li Alla għamlu mħallef

tal-ħajjin u tal-mejtin.

19 of 70

Il-profeti kollha jixhdu għalih u jgħidu li kull min jemmen fih jaqla’

l-maħfra tad-dnubiet

bis-saħħa ta’ ismu”.

20 of 70

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

21 of 70

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah

Salm Responsorjali

22 of 70

Faħħru lill-Mulej, għaliex hu tajjeb,

għax għal dejjem it-tjieba tiegħu!

23 of 70

Ħa jgħidu wlied Iżrael:

“Għal dejjem it-tjieba tiegħu”.

24 of 70

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah

25 of 70

Il-leminija tal-Mulej ’il fuq merfugħa,

il-leminija tal-Mulej għamlet ħwejjeġ ta’ ħila!

26 of 70

Ma mmutx, imma nibqa’ ngħix,

u nħabbar l-għemejjel

tal-Mulej.

27 of 70

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah

28 of 70

Il-ġebla li warrbu

l-bennejja saret il-ġebla tax-xewka.

29 of 70

Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan:

ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna.

30 of 70

Dan hu l-jum li għamel

il-Mulej;

ħa nifirħu u nithennew fih. Hallelujah

31 of 70

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

Lill-Korintin

1 Kor 5, 6b-8

32 of 70

Ħuti, ma tafux li ftit ħmira ttalla’ l-għaġna kollha? Tnaddfu mill-ħmira

l-qadima ħalli tkunu għaġna ġdida, kif intom bla ħmira.

33 of 70

Il-Ħaruf tal-Għid tagħna, li hu Kristu, hu maqtul! Nagħmlu festa, mhux

bil-ħmira l-qadima,

34 of 70

anqas bil-ħmira tal-qerq u tal-ħażen, imma bil-ħobż bla ħmira tas-safa u

tas-sewwa.

35 of 70

Sekwenza

36 of 70

Ħa jgħollu l-Insara b’tifħirhom il-Vittma

tal-Għid:

37 of 70

għax feda l-Ħaruf

in-nagħaġ tiegħu

mill-jasar tal-mewt;

38 of 70

Ġesù raġa’ ħabbeb

il-midneb ma’ Alla

l-Missier.

39 of 70

F’taqbida tal-għaġeb

mal-Ħajja inqerdet il-Mewt;

u qam Sid il-ħajja

mill-qabar,

isaltan rebbieħ.

40 of 70

“Għidilna, Marija, ħabbrilna:

fit-triq lil min rajt?”

“Jien rajt qabar Kristu li rxoxta fis-sebħ tal-qawmien;

41 of 70

rajt l-Anġli li ġew jagħtu xhieda,

il-faxxa, il-liżar.

42 of 70

Irxoxta mill-mewt Kristu Sidi, li fih ittamajt!

Mar hu l-Galilija qabilkom:

hemmhekk se tarawh.”

43 of 70

O, nemmnu li llum Kristu rxoxta

tassew mill-imwiet!

44 of 70

Int mela, Sultan, ħenn għalina,

O Kristu rebbieħ.

Ammen! Hallelujah!

45 of 70

Hallelujah, Hallelujah

46 of 70

Il-Ħaruf tal-Għid tagħna, li hu Kristu, hu maqtul:

nagħmlu mela festa

fil-Mulej.

47 of 70

Hallelujah, Hallelujah

48 of 70

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 20, 1-9

49 of 70

Kien l-ewwel jum

tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam,

50 of 70

Għalhekk telqet tiġri għand Xmun Pietru u Marija

ta’ Magdala ġiet ħdejn

il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.

51 of 70

u għand id-dixxiplu l-ieħor li kien iħobb Ġesù, u qaltilhom:

52 of 70

“Qalgħu lill-Mulej

mill-qabar, u ma nafux fejn qegħduh!”.

53 of 70

Pietru u d-dixxiplu l-ieħor ħarġu u ġew ħdejn il-qabar.

54 of 70

It-tnejn ġrew flimkien, imma d-dixxiplu l-ieħor ħaffef aktar minn Pietru u laħaq qablu ħdejn il-qabar.

55 of 70

Tbaxxa, u ra l-faxex

tal-għażel imqiegħda hemm, iżda ma daħalx. Imbagħad wasal warajh Xmun Pietru,

56 of 70

daħal fil-qabar, u ra l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm, u l-maktur li kien madwar rasu; dan ma kienx mal-faxex,

57 of 70

imma mitwi u mqiegħed f’post għalih. Imbagħad

id-dixxiplu l-ieħor, li kien wasal l-ewwel ħdejn il-qabar, daħal hu wkoll, ra, u emmen.

58 of 70

Sa dakinhar kienu għadhom ma fehmux

l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum mill-imwiet.

59 of 70

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

60 of 70

Il-Qawmien

tal-Mulej

mill-Imwiet

61 of 70

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

62 of 70

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

63 of 70

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

64 of 70

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna. U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

65 of 70

u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u

fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

66 of 70

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

67 of 70

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

68 of 70

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

69 of 70

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

70 of 70

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej. Ammen.