Is-Sibt tas-7 ġimgħa
tal-Għid
“Dan hu d-dixxiplu li
x-xhieda tiegħu hi minnha.”
Għeluq tal-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli
Atti 28, 16-20. 30-31
Meta dħalna Ruma, Pawlu tawh il-permess joqgħod għalih b’suldat għassa miegħu.
Tlitt ijiem wara, huwa laqqa’ flimkien miegħu
l-kapijiet tal-Lhud, u kif kienu miġbura miegħu qalilhom:
“L-aħwa, għalkemm jien ma għamilt xejn kontra
l-poplu jew kontra
d-drawwiet ta’ missirijietna,
f’Ġerusalemm tawni priġunier f’idejn
ir-Rumani. Dawn stħarrġu
l-każ tiegħi u riedu jitilquni,
għax ma sabuli xejn li għalih kienet tistħoqqli
l-mewt.
Imma billi l-Lhud żammew iebes jiena kelli nappella għal quddiem Ċesari, mhux għax kelli xi ngħid
mal-poplu tiegħi.
Għalhekk tlabtkom tiġu biex narakom u nkellimkom; għax jien minħabba t-tama ta’ Iżrael ninsab marbut b’din il-katina”.
Pawlu dam joqgħod hemm għal sentejn sħaħ fid-dar li kien kera; hemm kien jilqa’ lil dawk kollha li kienu jiġu għandu,
ixandrilhom is-Saltna ta’ Alla u jgħallimhom fuq
il-Mulej Ġesù Kristu
bil-kuraġġ u bla tfixkil.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Il-Mulej idawwar wiċċu lejn min hu sewwa
Salm Responsorjali
Il-Mulej hu fit-tempju mqaddes tiegħu,
il-Mulej fis-sema għandu
t-tron tiegħu;
għajnejh fuq il-bnedmin jitfa’,
bi xfar għajnejh jiflihom.
R:/ Il-Mulej idawwar wiċċu lejn min hu sewwa
Jgħarbel il-Mulej il-ġust u l-ħażin;
hu jobgħod ’il min iħobb id-dnewwa.
Għax ġust hu l-Mulej, u jħobb il-ġustizzja;
wiċċu jdawwar lejn min hu sewwa.
R:/ Il-Mulej idawwar wiċċu lejn min hu sewwa
Hallelujah, Hallelujah
Nibagħtilkom l-Ispirtu
tal-verità, jgħid il-Mulej,
u jwassalkom għall-verità kollha.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 21, 20-25
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom,
dak id-dixxiplu li waqt
l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu:
“Mulej, min hu li se jittradik?”.
Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù:
“U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”.
Ġesù qallu:
“Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma
niġi? Int imxi warajja!”.
B’hekk ġriet ix-xniegħa fost l-aħwa li dak
id-dixxiplu ma kienx se jmut.
Madankollu Ġesù ma qalx li ma kienx se jmut, imma biss: ‘Jekk irridu jibqa’ sa ma niġi, inti x’inhi affarik?’
Dan huwa d-dixxiplu li
qiegħed jagħti xhieda għal dan kollu u li kiteb dawn
il-ħwejjeġ, u aħna nafu li
x-xhieda tiegħu hi minnha.
Iżda hemm ukoll bosta ħwejjeġ oħra li għamel Ġesù.
Li kieku wieħed kellu jikteb kollox ħaġa b’ħaġa, naħseb li anqas id-dinja stess ma kienet tesagħhom il-kotba li kienu jinkitbu.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
Is-Sibt tas-7 ġimgħa
tal-Għid
“Dan hu d-dixxiplu li
x-xhieda tiegħu hi minnha.”