It-Tielet Qari
Ulied Iżrael daħlu
fl-inxief f’nofs il-baħar.
Qari mill-Ktieb
tal-Eżodu
Eż 14, 15 – 15,1
F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Mosè:
“Għax issejjaħ lili? Għid lil ulied Iżrael jerfgħu
t-tined tagħhom u jitilqu.
U int għolli l-ħatar tiegħek, u midd idek fuq
il-baħar u oforqu. Ulied Iżrael, imbagħad, jaqsmu fin-niexef f’nofs il-baħar.
U ara, jiena nwebbes
il-qalb tal-Eġizzjani biex jgħaddu warajkom,
u nuri l-glorja tiegħi permezz tal-Fargħun u
l-eżerċtu tiegħu kollu,
bil-karrijiet u r-rikkieba tiegħu.
U mbagħad ikunu jafu
l-Eġizzjani li jiena l-Mulej,
meta nuri l-glorja tiegħi permezz tal-Fargħun,
bil-karrijiet u r-rikkieba tiegħu”.
U mbagħad l-anġlu ta’ Alla, li kien miexi quddiem
it-tined ta’ Iżrael, telaq u mar warajhom,
u l-kolonna ta’ sħab minn quddiemhom marret qagħdet warajhom, u ġiet bejn it-tined tal-Eġizzjani u t-tined ta’ Iżrael.
Kien hemm is-sħaba u
d-dlam, u għadda l-lejl bla ma ħadd minnhom seta’ jersaq wieħed lejn l-ieħor.
Mosè medd idu fuq
il-baħar, u l-Mulej reġġa’ lura l-baħar b’riħ qawwi mil-Lvant matul il-lejl kollu;
il-baħar ixxotta u l-ilmijiet inferqu.
U mbagħad ulied Iżrael daħlu fin-niexef f’nofs
il-baħar;
l-ilmijiet kienu għalihom qishom ħitan fuq il-lemin u fuq ix-xellug. L-Eġizzjani marru warajhom, u daħlu f’nofs il-baħar,
iż-żwiemel kollha
tal-Fargħun, il-karrijiet u
r-rikkieba tiegħu.
Fis-sahra ta’ filgħodu,
il-Mulej minn ġol-kolonna tan-nar u s-sħaba xeħet ħarsa fuq it-tined
tal-Eġizzjani, u ħarbathom.
U xekkel ir-roti tagħhom u bit-tbatija setgħu jmexxuhom. U mbagħad
l-Eġizzjani bdew jgħajtu:
“Ħa naħarbu minn quddiem Iżrael, għaliex
il-Mulej qiegħed jiġġieled kontra l-Eġizzjani!”.
Il-Mulej qal lil Mosè:
“Midd idek fuq il-baħar, u l-ilma jerġa’ lura fuq
l-Eġizzjani, bil-karrijiet u r-rikkieba tagħhom”.
U Mosè medd idu fuq
il-baħar. U ma’ sbiħ il-jum il-baħar raġa’ lura fejn kien qabel, u l-Eġizzjani, huma u jaħarbu, sabu ruħhom fih.
Hekk il-Mulej gerbibhom f’nofs l-ilma. L-ilmijiet reġgħu lura u għarrqu
l-karrijiet u r-rikkieba
tal-eżerċtu kollu
tal-Fargħun li kienu ġejjin warajhom fil-baħar. Anqas wieħed ma baqa’ minnhom. U wlied Iżrael għaddew
fin-niexef f’nofs il-baħar,
u l-ilmijiet kienu għalihom bħal ħitan wieħed fuq
il-lemin u l-ieħor fuq
ix-xellug.
Dakinhar il-Mulej salva lil
Iżrael minn id l-Eġizzjani, u Iżrael ra l-Eġizzjani mejta fuq xatt il-baħar.
Ra Iżrael kulma għamel
il-Mulej lill-Eġizzjani
bil-qawwa ta’driegħu.
U beża’ l-poplu mill-Mulej, u emmen fil-Mulej u f’Mosè, il-qaddej tiegħu.
Imbagħad Mosè, flimkien
ma’ wlied Iżrael, għanna din l-għanja lill-Mulej, u qalu:
Ngħanni lill-Mulej
għax tkabbar bis-sħiħ
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ
Salm Responsorjali
“Ngħanni lill-Mulej, għax tkabbar bis-sħiħ.
Żwiemel u rikkieba waddabhom fil-baħar.
Qawwieti u għanjieti
l-Mulej:
għalija sar is-salvazzjoni.
Dan hu Alla tiegħi, u lilu nfaħħar;
Alla ta’ missieri, u lilu ngħolli!
R:/ Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ
l-Mulej gwerrier, Jaħweh ismu!
L-imriekeb tal-Fargħun u qawwietu tefagħhom
fil-baħar;
l-aħjar fost il-gwerriera tiegħu
f’Baħar il-Qasab għarraqhom!
R:/ Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ
Belagħhom l-irdum,
bħal ġebla niżlu fil-qiegħ.
Lemintek, Mulej, issebbħet fil-qawwa,
lemintek, Mulej, tfarrak
il-għadu.
R:/ Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ
Lill-poplu tiegħek int twasslu u tħawlu
fuq il-muntanja, il-wirt tiegħek,
l-imkien, Mulej, li int għamiltu għamartek;
il-maqdes, Sidi, li ħejjew idejk.
Il-Mulej isaltan għal dejjem ta’ dejjem”.
R:/ Ngħanni lill-Mulej għax tkabbar bis-sħiħ
It-Tielet Qari
Ulied Iżrael daħlu
fl-inxief f’nofs il-baħar.