It-Tlieta
tal-Ewwel Ġimgħa tal-Avvent
Qari mill-Ktieb tal-
Profeta Iżaija
Iż 11 1-10
Għad toħroġ fergħa
miz-zokk ta’ Ġesse, għad tinbet rimja minn għeruqu:
fuqu jistrieħ l-ispirtu
tal-Mulej, l-ispirtu tal-għerf
u d-dehen, l-ispirtu
tal-għaqal u l-qawwa,
l-ispirtu tal-għerf u l-biża’ tal-Mulej, u l-għaxqa tiegħu fil-biża’ tal-Mulej.
Ma jiġġudikax skont ma jidher fl-għajnejn, u ma jagħtix sentenza skont ma
jisma’,
iżda jiġġudika l-imsejknin skont il-ġustizzja, u jagħti
sentenza skond is-sewwa lill-fqajrin tal-art.
Isawwat il-kiefra bix-xettru ta’ fommu, u b’nifs xufftejh jolqot lill-ħazin.
Il-ħziem ta’ ġenbejh tkun il-ġustizzja, u l-fedeltà l-ħziem ta’ qaddu.
Il-lupu jibda jgħix mal-ħaruf, il-leopard mal-gidi, u jirgħu flimkien l-għogol u ferħ
l-iljun, daqsxejn ta’ tfajjel isuqhom.
Il-baqra u l-ors jirgħu flimkien, u l-frieħ tagħhom
flimkien jistrieħu.
L-iljun bħall-gendus jiekol
it-tiben.
It-tarbija tal-ħalib titliegħeb fil-ħofra tas-serp; u t-tifel miftum idaħħal idu fil-bejta tal-lifgħa.
Ma jagħmlux aktar deni
u anqas ħsara fuq
il-muntanja qaddisa kollha tiegħi,
għax mimlija hi l-art
bl-għarfien tal-Mulej
bħalma l-baħar hu miksi
bl-ilmijiet.
Imbagħad jiġri f’dak il-jum li l-għerq ta’ Ġesse jieqaf bħala sinjal għall-popli.
Lilu jfittxu l-ġnus,
u l-għamara tiegħu tkun imsebbħa.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Tħaddar f’jiemu
l-ġustizzja, u s-sliem għal dejjem ta’ dejjem
Salm Responsorjali
O Alla, agħti lis-sultan
il-ħaqq tiegħek,
il-ġustizzja tiegħek lil bin
is-sultan,
biex jiġġudika l-poplu
tiegħek bil-ġustizzja,
u bil-ħaqq l-imsejknin tiegħek.
R:/ Tħaddar f’jiemu
l-ġustizzja, u s-sliem għal dejjem ta’ dejjem
Tħaddar f’jiemu
l-ġustizzja
u s-sliem kotran sa ma jintemm il-qamar.
Isaltan minn baħar sa baħar,
u mix-xmara sa truf l-art.
R:/ Tħaddar f’jiemu
l-ġustizzja, u s-sliem għal dejjem ta’ dejjem
Għax hu jeħles lill-fqir
li jsejjaħlu,
u lill-imsejken li m’ghandux min jgħinu.
Iħenn għad-dgħajjef u
għall-fqajjar;
il-ħajja tal-fqajrin isalva.
R:/ Tħaddar f’jiemu
l-ġustizzja, u s-sliem għal dejjem ta’ dejjem
Ismu jibqa’ jissemma
għal dejjem;
idum ismu sakemm iddum
ix-xemx!
Bih jitbierku l-ġnus
kollha tal-art;
il-popli kollha jsejħulu
hieni.
R:/ Tħaddar f’jiemu
l-ġustizzja, u s-sliem għal dejjem ta’ dejjem
Hallelujah, Hallelujah
Ejja, Mulej,
bil-qawwa kbira tiegħek, dawwal għajnejn
il-qaddejja tiegħek.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont San Luqa
Lq 10, 21-24
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù, tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal:
“Infaħħrek, Missier, Sid
is-sema u l-art,
għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu
l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin.
Iva, Missier, għax lilek
hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu
l-Iben ħlief il-Missier,
anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu
l-Iben irid jgħarrafhulu.”
Imbagħad dar lejn
id-dixxipli u qal lilhom weħidhom:
“Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qegħdin taraw intom. Għax kif ngħidilkom jien,
ħafna profeti u slaten riedu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma rawhx,
u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom u ma semgħuhx.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
It-Tlieta
tal-Ewwel Ġimgħa tal-Avvent