Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Naħum
Naħum 2, 1.3;3, 1-3.6-7
Ara, fuq il-muntanji hemm
ir-riġlejn ta' min iġib
l-aħbarijiet it-tajba, ta' min
is-sliem ixandar!
Agħmel bil-ferħ il-festi
tiegħek, Ġuda, u rodd wegħdietek, għax ma jżidx
jgħaddi minnek ix-xitan Beljal, intemm għalkollox.
Għax ġedded il-Mulej
id-dielja ta' Ġakobb, u
d-dielja t'Iżrael, li l-ħallelin żarmawhom u ħassru
l-friegħi tagħhom.
Ħażin għal belt id-dmija,
kollha qerq, mimlija ħtif, u
s-serq ma jaqta' xejn!
Ħoss il-frosta, ħoss
it-tkarwit tar-roti,
żwiemel ilebbtu ħfief, karrijiet jaqbżu, rikkieba jħebbu għall-għedewwa tagħhom, ix-xabla tleħħ
fid-dija, il-lanza tilma,
Kotra ta’ midrubin għad kbira ta’ maqtulin, iġsma bla tarf, kulħadd imfixkel jaqa’ fil-mejtin!
Inwaddab il-ħmieġ fuqek,
u ġieħek inwaqqagħlek, u nagħmel wirja minnek.
U jiġri mbagħad li min iħares lejk jitwarrab minnek, u jgħid:
“Ninwè meqruda!
Min se jitħassarha?
Mnejn infittxilha min iħenn għaliha?”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
R:/ Il-Mulej imewwet u
l-Mulej jaħji
Qrib hu jum il-qerda
tagħhom,
fis jasal li hemm lest
għalihom.
Għax il-Mulej jagħmel ħaqq lill-poplu tiegħu,
u l-qaddejja tiegħu jħenn għalihom.
R:/ Il-Mulej imewwet u
l-Mulej jaħji
Araw issa li jien, jien hu,
u m'hemm ebda alla ħdejja.
Jien immewwet u jiena naħji.
Jiena nidrob, u jiena nfejjaq.
R:/ Il-Mulej imewwet u
l-Mulej jaħji
Malli nsinn ix-xabla tilma tiegħi,
u tlesti ruħha idi
għall-ħaqq,
vendetta nagħmel
mill-għedewwa tiegħi,
u nitħallas minn dawk li jobogħduni.
R:/ Il-Mulej imewwet u
l-Mulej jaħji
Hallelujah, Hallelujah
Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba
s-sewwa, għax tagħhom hija
s-Saltna tas-Smewwiet.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 16, 24-28
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien Ġesù qal
lid-dixxipli tiegħu:
“Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa' salibu, u jimxi warajja.
Għax min irid isalva ħajtu,
jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.
Għax xi jkun jiswielu
l-bniedem jekk jikseb
id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu?
Jew xi prezz se jagħti
l-bniedem biex isalva ħajtu?
Għax Bin il-bniedem għandu jiġi fil -glorja ta' Missieru flimkien
mal-anġli tiegħu,
u mbagħad irodd lil kull
wieħed skont ma wieħed
ikun għamel.
Tassew, ngħidilkom,
li hawn xi wħud minn
dawk li qegħdin hawn,
li ma jġarrbux il-mewt qabel ma jaraw lil
Bin il-bniedem
ġej fis-Saltna tiegħu.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu