1 of 73

Sena A

Il-Magħmudija

tal-Mulej

2 of 73

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art

lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 73

Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.

4 of 73

Mulej Alla,

Sultan tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,

Ġesù Kristu,

5 of 73

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,

Bin il-Missier.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

6 of 73

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin

tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,

7 of 73

Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

Ġesù Kristu,

ma’ l-Ispirtu s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.

8 of 73

Sena A

Il-Magħmudija

tal-Mulej

9 of 73

Qari I

Araw il-qaddej tiegħi li fih qalbi strieħet.

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Isaija. 42, 1-4.6-7

10 of 73

Dan jgħid il-Mulej:

«Araw il-qaddej tiegħi,

li jiena nwieżen,

il-maħtur tiegħi

li fih qalbi strieħet!

11 of 73

«Qegħedt

l-ispirtu tiegħi fuqu,

biex iġib il-ġustizzja

lill-ġnus.

12 of 73

«Ma jgħajjatx,

ma jgħollix leħnu;

ma jsemmax leħnu

fil-pjazez,

13 of 73

«qasba mġelġla

ma jiksirhiex,

musbieħ inemnem

ma jitfihx.

14 of 73

«Iġib

il-ġustizzja fis-sewwa.

15 of 73

«Ma jegħjiex,

ma jitfarrakx,

sakemm ma jwaqqafx

il-ġustizzja fuq l-art;

16 of 73

«u l-gżejjer imbiegħda jistennew il-liġi tiegħu.

17 of 73

«Jien il-Mulej,

sejjaħtlek fis-sewwa,

qbadtek minn idek

u ħaristek,

18 of 73

«u għamilt minnek

patt tal-poplu,

dawl għall-ġnus,

19 of 73

«biex int tiftaħ

għajnejn l-għomja,

toħroġ lill-ilsiera

mill-ħabs,

20 of 73

«u lil dawk

li hemm fid-dlam

minn dar l-għeluq.»

21 of 73

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

22 of 73

Salm Responsorjali

Salm28 (29), 1a-2.3ac-4.3b u 9b-10

℟. Il-Mulej ibierek

il-poplu tiegħu bis-sliem.

23 of 73

Agħtu lill-Mulej,

ulied Alla,

agħtu lill-Mulej

glorja u qawwa.

24 of 73

Agħtu lill-Mulej

il-glorja ta’ ismu,

qimu l-Mulej

fl-għamara mqaddsa tiegħu.

25 of 73

℟. Il-Mulej ibierek

il-poplu tiegħu bis-sliem.

26 of 73

Leħen il-Mulej

fuq l-ibħra;

il-Mulej

fuq l-ibħra kotrana.

27 of 73

Leħen il-Mulej

bil-qawwa,

leħen il-Mulej

bil-glorja.

28 of 73

℟. Il-Mulej ibierek

il-poplu tiegħu bis-sliem.

29 of 73

Alla tal-glorja jriegħed,

u fit-tempju tiegħu

kulħadd jgħid:

«Glorja!»

30 of 73

Il-Mulej jaħkem

fuq l-għargħar;

isaltan il-Mulej

għal dejjem.

31 of 73

℟. Il-Mulej ibierek

il-poplu tiegħu bis-sliem.

32 of 73

Qari II

Alla jikkonsagra li Ġesù ta’ Nażaret bl-Ispirtu s-Santu.

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli. 10, 34-38

33 of 73

F’dak iż-żmien,

Pietru qabad jitkellem

u qal:

34 of 73

«Issa

tassew qiegħed nifhem

li Alla ma jħares

lejn wiċċ ħadd,

35 of 73

«imma jilqa’

lil kull min

għandu l-biża’ tiegħu

u jagħmel is-sewwa,

36 of 73

«ikun minn

liema poplu jkun.

37 of 73

«Huwa bagħat

il-Kelma tiegħu

lil ulied Iżrael

38 of 73

«u xandrilhom is-sliem

permezz ta’ Ġesù Kristu,

li hu s-Sid ta’ kollox.

39 of 73

«Intom tafu b’dak li ġara

mal-Lhudija kollha,

ibda mill-Galilija,

40 of 73

«wara li Ġwanni

kien xandar

il-magħmudija;

41 of 73

«tafu kif Alla kkonsagra lil Ġesù ta’ Nażaret

bl-Ispirtu s-Santu

u bil-qawwa,

42 of 73

«u kif dan Ġesù

għadda jagħmel il-ġid

43 of 73

«u jfejjaq

lil dawk kollha li kienu

maħkuma mix-xitan,

għax Alla kien miegħu.»

44 of 73

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

45 of 73

Hallelujah, Hallelujah.

46 of 73

Ara Mark 9,7

Is-smewwiet infetħu,

u leħen il-Missier instama’:

«Dan hu Ibni l-għażiż:

isimgħu lilu.»

47 of 73

Hallelujah, Hallelujah.

48 of 73

Evanġelju

Ġesù wara li tgħammed, ra l-ispirtu ta’ Alla nieżel u jieqaf fuqu.

✠ Qari mill-Evanġelju

skont San Mattew. 3, 13-17

49 of 73

F’dak iż-żmien,

Ġesù ġie mill-Galilija

lejn il-Ġordan

50 of 73

għand Ġwanni

biex jitgħammed minnu.

51 of 73

Imma Ġwanni

ma ħalliehx,

u qallu:

52 of 73

«Jiena hu li jeħtieġ

li nitgħammed minnek,

u inti tiġi għandi?»

53 of 73

Ġesù qallu:

«Inti għalissa

ħallik minn dan,

54 of 73

«għax hekk

jixraq nagħmlu,

biex intemmu

s-sewwa kollu.»

55 of 73

Imbagħad Ġwanni

ħallieh jitgħammed.

56 of 73

Ġesù,

wara li tgħammed,

minnufih tala’ mill-ilma;

57 of 73

u ara,

is-smewwiet infetħu,

u ra l-Ispirtu ta’ Alla

nieżel qisu ħamiema

u ġej għal fuqu.

58 of 73

U mis-smewwiet instama’ leħen jgħid:

«Dan hu Ibni l-għażiż:

fih sibt l-għaxqa tiegħi.»

59 of 73

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. It-tifħir lilek Kristu.

60 of 73

Sena A

Il-Magħmudija

tal-Mulej

61 of 73

Jiena nemmen f’Alla wieħed,

il-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher

u dak li ma jidhirx.

62 of 73

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

63 of 73

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier

u bih sar kollox.

64 of 73

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

65 of 73

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni

u sar bniedem.

66 of 73

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,

u fit-tielet jum qam

minn bejn l-imwiet, skont

67 of 73

il-Kotba mqaddsa,

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

68 of 73

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u

s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

69 of 73

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:

70 of 73

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

71 of 73

U fi Knisja waħda,

qaddisa, kattolika,appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

72 of 73

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

73 of 73

Sena A

Il-Magħmudija

tal-Mulej