1 of 39

Bidu tal-Ktieb

tal-Profeta Ġeremija.

Ġer 1, 1.4-10

2 of 39

Il-kliem ta’ Ġeremija bin Ħilkija, mill-qassisin li kienu f’Għanatot, fl-art

ta’ Benjamin. U ġietni

l-kelma tal-Mulej u qalli:

3 of 39

“Qabel ma sawwartek

fil-ġuf għaraftek; qabel ma ħriġt minn ħdan ommok,

ikkonsagrajtek.

4 of 39

Jien qegħedtek profeta fuq il-ġnus.”

Jien weġibt:

5 of 39

“Ah, Sidi Mulej, ma nafx nitkellem, għadni żgħir.”

6 of 39

U l-Mulej weġibni:

7 of 39

“Tgħidx, ‘Għadni żgħir’.

Inti tmur kull fejn nibagħtek, u tgħid kulma nordnalek.

8 of 39

La tibżax minnhom,

għax jien miegħek

biex neħilsek.”

Oraklu tal-Mulej.

9 of 39

U l-Mulej ħareġ idu u

messli fommi, u qalli

l-Mulej:

10 of 39

“Ara, qegħedtlek kliemi

fuq fommok. Ara, jiena llum qegħedtek fuq il-ġnus u s-saltniet,

11 of 39

biex taqla’ u ġġarraf, biex teqred u tħott, biex tibni u tħawwel.”

12 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

13 of 39

R:/ Mulej, fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek

Salm Responsorjali

14 of 39

Fik, Mulej, jien nistkenn; ma jkolli qatt għax ninfixel.

Għall-ġustizzja tiegħek salvani u ħarisni;

15 of 39

agħtini widen u fittex eħlisni.

16 of 39

R./ Mulej, fommi

jxandar il-ġustizzja tiegħek

17 of 39

Kun sur ta’ kenn

għalija;

int wegħedt li tiġi dejjem issalvani,

18 of 39

għax blata u fortizza

int għalija.

Alla tiegħi, ħarisni minn

id il-ħażin.

19 of 39

R./ Mulej, fommi

jxandar il-ġustizzja tiegħek

20 of 39

Għax inti, Sidi, it-tama tiegħi;

Mulej, inti l-fiduċja tiegħi sa minn żgħożiti.

21 of 39

Fuqek serraħt sa minn twelidi,

sa minn ġuf ommi inti ħadtni.

22 of 39

R./ Mulej, fommi

jxandar il-ġustizzja tiegħek

23 of 39

Fommi jxandar

il-ġustizzja tiegħek,

il-jum kollu l-għemejjel

tal-għajnuna tiegħek.

24 of 39

O Alla, sa minn żgħożiti int għallimtni;

u jien s’issa għadni nxandar għeġubijietek.

25 of 39

R./ Mulej, fommi

jxandar il-ġustizzja tiegħek

26 of 39

Hallelujah, Hallelujah

27 of 39

Iż-żerriegħa hi l-kelma

ta’ Alla, min jiżragħha

hu Kristu: min isibha,

jikseb il-ħajja ta’ dejjem.

28 of 39

Hallelujah, Hallelujah

29 of 39

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 13, 1-9

R:/ Glorja lilek Mulej

30 of 39

Dakinhar Ġesù ħareġ

mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad bilqiegħeda hemm.

31 of 39

U nġabru madwaru folol

hekk kbar ta’ nies li kellu jitla’ fuq dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha;

32 of 39

in-nies qagħdu lkoll wieqfa fuq ix-xatt.

Hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bil-parabboli.

U qalilhom:

33 of 39

“Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’,

xi żerrigħat waqgħu

mal-mogħdija;

34 of 39

ġew l-għasafar u naqqruhom kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat,

fejn ma kienx hemm wisq ħamrija,

35 of 39

u malajr nibtu, għax

il-ħamrija ma kinitx fonda; iżda mbagħad telgħet

ix-xemx, u nħarqu u nixfu, għax ma kellhomx għeruq.

36 of 39

Oħrajn waqgħu qalb

ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom u ħonoqhom.

Imma oħrajn waqgħu f’art tajba, u għamlu l-frott,

37 of 39

min mija, min sittin,

u min tletin.

Min għandu widnejn,

ħa jisma’.”

38 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

39 of 39