1 of 58

2 of 58

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 58

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 58

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 58

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 58

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 58

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 58

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 58

10 of 58

Qari mill-Ewwel Ktieb

tal-Kronaki

1 Kron 15,3-4. 15-16; 16, 1-2

11 of 58

F’dak iż-żmien, David ġema’ ’l Iżrael kollu f’Ġerusalemm biex itella’ hemmhekk l-arka tal-Mulej fil-post li kien waqqaf għaliha.

12 of 58

U hu laqqa’ flimkien ’l ulied Aron u l-Leviti.

13 of 58

Kienu dawn li ġarrew l-arka ta’ Alla, u refgħuha fuq spallejhom bil-lasti, kif kien ordna Mosè fuq il-kelma

tal-Mulej.

14 of 58

David qal lill-kapijiet

tal-Leviti biex iqabbdu wħud

mit-tribù tagħhom u jqegħduhom bħala għannejja bl-istrumenti tad-daqq,

15 of 58

arpi, ċetri, ċnieċel,biex isemmgħu għana u daqq li jferraħ.

16 of 58

Ġabu l-arka ta’ Alla u qegħduha f’nofs it-tinda li

kien waqqfilha David,

17 of 58

u offrew quddiem Alla sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji tas-sliem.

18 of 58

Meta temm joffri s-sagrifiċċji

tal-ħruq u s-sagrifiċċji

tas-sliem David bierek

il-poplu b’isem il-Mulej.

19 of 58

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

20 of 58

R:/ Qum, Mulej, int u

l-arka tal-qawwa tiegħek.

Salm Responsorjali

21 of 58

Ara, smajna biha f’Efrata,

sibnieha fir-raba’ ta’ Ġagħar.

22 of 58

Ħa mmorru fil-għamara tiegħu,

ninxteħtu quddiem

il-mirfes ta’ riġlejh.

23 of 58

R:/ Qum, Mulej, int u

l-Arka tal-qawwa tiegħek.

24 of 58

Il-qassisin tiegħek, jiżżejnu bil-ġustizzja,

U l-qaddisin tiegħek jgħajtu bil-ferħ

25 of 58

Minħabba f’David,

il-qaddej tiegħek,

la twarrabx wiċċ

il-midluk tiegħek.

26 of 58

R:/ Qum, Mulej, int u

l-Arka tal-qawwa tiegħek.

27 of 58

Għax il-Mulej għażel ’il Sijon

u xtaqha tkun id-dar tiegħu:

28 of 58

“Hawn insib is-serħan tiegħi għal dejjem!

Hawn irrid ngħammar, għax hawn xtaqt jiena!”

29 of 58

R:/ Qum, Mulej, int u

l-Arka tal-qawwa tiegħek.

30 of 58

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl

Appostlu lill-Korintin

1 Kor 15, 54-57

31 of 58

Ħuti: Meta dak li jitħassar jilbes in-nuqqas ta’ taħsir,

32 of 58

meta dak li jmut jilbes

l-immortalità, mbagħad iseħħ dak li hemm miktub,

33 of 58

“Inbelgħet il-mewt

fir-rebħa. Fejn hi, ja mewt, ir-rebħa tiegħek? Fejn hi, ja mewt, in-niggieża tiegħek?”

34 of 58

In-niggieża tal-mewt hi

d-dnub, u l-qawwa

tad-dnub hi l-liġi.

35 of 58

Niżżu ħajr lil Alla li tana

r-rebħa permezz ta’

Ġesù Kristu.

36 of 58

Il-Kelma tal-Mulej.

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

37 of 58

Hallelujah, Hallelujah

38 of 58

Hienja dawk li jisimgħu

l-kelma ta’ Alla u jħarsuha.

39 of 58

Hallelujah, Hallelujah

40 of 58

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 11, 27-28

R:/ Glorja lilek Mulej

41 of 58

F’dak iz-zmien, waqt li Ġesù kien qiegħed ikellem lin-nies, kien hemm waħda mara li refgħet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu:

42 of 58

“Ħieni l-ġuf li ġiebek u

s-sider li rdajt!”

Iżda hu qalilha:

43 of 58

“Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-Kelma ta’ Alla u jħarsuha!”

44 of 58

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

45 of 58

46 of 58

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

47 of 58

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

48 of 58

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

49 of 58

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

50 of 58

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

51 of 58

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

52 of 58

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

53 of 58

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

54 of 58

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

55 of 58

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

56 of 58

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

57 of 58

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

58 of 58