1 of 39

Qari mill-Ewwel Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin

1, Kor 7, 25-31

2 of 39

Ħuti, dwar dawk li mhumiex miżżewwġin, ma għandi ebda preċett mill-Mulej,

iżda nagħtikom parir bħala wieħed li,

3 of 39

għall-ħniena tal-Mulej, hu bniedem ta’ fiduċja.

4 of 39

Jidhirli, mela, li, minħabba

t-taħbit tal-lum, ikun sewwa għal dak li jkun jekk jibqa’ kif inhu.

5 of 39

Inti marbut ma’ mara? Tfittixx li tinħall.

Maħlul minn mara?

6 of 39

Tfittixx mara. Imma wkoll jekk tiżżewweġ, ma tidnibx; anqas jekk xebba tiżżewweġ, ma tidneb.

7 of 39

Nies bħal dawn ikollhom

it-taħbit tal-ħajja, u jiena

rrid kieku neħliskom

minnu. Dan ngħidilkom, ħuti: iż-żmien qsar.

8 of 39

Ħa jkunu, mela, dawk li għandhom mara, bħallikieku ma għandhomx; dawk li jibku, bħallikieku ma jibkux;

9 of 39

dawk li jifirħu, bħallikieku ma jifirħux; dawk li jixtru, bħallikieku ma għandhom xejn;

10 of 39

dawk li jgawdu d-dinja, bħallikieku ma jgawduhiex;

għax is-sura ta’ din id-dinja għad tgħaddi!

11 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

12 of 39

R./ Isma’, binti, ħares u agħti widen

Salm Responsorjali

13 of 39

Isma’, binti,

ħares u agħti widen,

insa ’l ġensek u ’l dar missierek.

14 of 39

Jitgħaxxaq is-sultan

bi ġmielek;

u int, għax hu sidek,

agħtih qima.

15 of 39

R./ Isma’, binti, ħares u agħti widen

16 of 39

Kollha ġmiel bint

is-sultan bil-ġawhar,

minsuġ bid-deheb ilbiesha.

17 of 39

Għand is-sultan jeħduha bix-xbejbiet warajha,

it-tfajliet li jingħatawlha bi sħabha.

18 of 39

R./ Isma’, binti, ħares u agħti widen

19 of 39

Jittieħdu b’għajat

ta’ ferħ u hena;

jidħlu fil-palazz

tas-sultan.

20 of 39

Flok missirijietek

jilħqu wliedek;

inti tqegħedhom kapijiet fuq l-art kollha.

21 of 39

R./ Isma’, binti, ħares u agħti widen

22 of 39

Hallelujah, Hallelujah

23 of 39

Ifirħu u aqbżu bil-ferħ,

jgħid il-Mulej,

għax araw, ħlaskom

kbir ikun fis-sema.

24 of 39

Hallelujah, Hallelujah

25 of 39

Qari mill-Evanġelju skont

San Luqa

Lq 6, 20-26

R:/ Glorja lilek Mulej

26 of 39

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal:

27 of 39

“Ħenjin intom il-foqra għax tagħkom hija

s-Saltna ta’ Alla.

28 of 39

Henjin intom li għalissa

bil-ġuħ, għax għad

tkunu mxebbgħin.

29 of 39

Ħenjin inthom li

għalissa tibku,

għax għad tithennew.

30 of 39

Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies, jobogħdukom jaqtgħukom minn magħhom,

31 of 39

jgħajjrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina.

32 of 39

Dakinhar li jiġrilkom hekk, ifirħu u aqbżu

bil-ferħ, għax

araw, ħlaskom kbir ikun

fis-sema.

33 of 39

L-istess għamlu missirijiethom lill-profeti.

34 of 39

Imma ħażin għalikom,

intom l-għonja, għax

il-faraġ tagħkom ħadtuh.

35 of 39

Ħażin għalikom intom li

għalissa mxebbgħin,

għax għad tkunu bil-ġuħ.

36 of 39

Ħażin għalikom intom li għalissa tidħku, għax

għad tnewwħu u tibku.

37 of 39

Ħażin għalikom meta

kulħadd isemmikom

fil-ġid. Għax l-istess għamlu missirijiethom

lill-profeti foloz!”

38 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

39 of 39