It-Tnejn
tar-Raba’ Ġimgħa
tal-Għid
Sena B & Ċ
Qari mill-Ktieb�tal-Atti tal-Appostli�Atti 11, 1-18�
F’dak iż-żmien, l-appostli u l-aħwa li kienu fil-Lhudija semgħu li l-pagani wkoll kienu laqgħu l-kelma ta’ Alla.
Għalhekk, meta Pietru tala’ Ġerusalemm, dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha miegħu u jgħidulu:
“Inti dħalt għand nies li ma għandhomx
iċ-ċirkonċiżjoni u kilt magħhom”.
Imbagħad Pietru qabad
ifissrilhom kollox ħaġa b’ħaġa u qalilhom:
“Jiena kont qiegħed nitlob fil-belt ta’ Ġaffa, xħin kelli dehra f’estasi;
rajt xi ħaġa nieżla
mis-sema, qisha liżar kbir miżmum mill-erbat itruf, u wasal sa ħdejja.
Bqajt inħares lejh sewwa, u rajt bhejjem tal-art b’erba’ saqajn, bhejjem selvaġġi, bhejjem li jitkaxkru,
u għasafar tal-ajru. U smajt leħen jgħidli:
‘Qum, Pietru, oqtol u kul’.
Imma jiena għedt:
‘Ma jkun qatt, Mulej! Għax qatt ma daħal ġo ħalqi ikel profan jew imniġġes!’
Għal darba oħra l-leħen
mis-sema qalli:
‘Dak li Alla saffa, int ma għandekx issejjaħlu mniġġes’.
Dan ġara għal tliet darbiet.
Imbagħad kollox ittieħed mill-ġdid lejn is-sema.
Sewwasew dak il-ħin,
fid-dar fejn konna,
waslu tlitt irġiel, mibgħuta għandi minn Ċesarija.
L-Ispirtu qalli biex immur magħhom bla ma noqgħod nitħasseb.
Miegħi ġew ukoll dawn
is-sitt aħwa, u dħalna
fid-dar ta’ dak ir-raġel.
Hu għarrafna kif kien ra
l-anġlu f’daru, wieqaf quddiemu, u qallu:
‘Ibgħat lil xi ħadd iġib minn Ġaffa lil Xmun, li jgħidulu Pietru; u hu jgħidlek kliem li bih issalva, int u l-familja tiegħek kollha’.
Kif bdejt nitkellem,
l-Ispirtu s-Santu niżel fuqhom, bħalma kien niżel fuqna fil-bidu.
Ftakart imbagħad
fil-kelma tal-Mulej, meta qal:
‘Ġwanni għammed
bl-ilma, iżda intom titgħammdu bl-Ispirtu
s-Santu’.
Mela jekk Alla tahom
l-istess don kif tah lilna meta emminna fil-Mulej Ġesù Kristu, jien x’jien biex stajt inżomm lil Alla?”.
Meta semgħu dan il-kliem siktu, u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu:
“Mela Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-ħajja!”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj
Salm Responsorjali
Bħalma għażżiela tixxennaq għan-nixxigħat tal-ilma,
hekk tixxennaq ruħi għalik, o Alla.
Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj;
meta niġi u nara wiċċ Alla?
R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj
Ibgħat id-dawl tiegħek u
s-sewwa tiegħek;
huma jmexxuni;
iwassluni sal-għolja mqaddsa tiegħek
u sal-għerejjex tiegħek.
R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj
Nidħol ħdejn l-artal ta’ Alla,
ħdejn Alla, ferħ u hena tiegħi.
U rroddlok ħajr biċ-ċetra,
o Alla, Alla tiegħi.
R:/ Ruħi għatxana għal Alla, għal Alla l-ħaj
Hallelujah, Hallelujah
Jiena r-ragħaj it-tajjeb, jgħid il-Mulej;
jien nagħraf in-nagħaġ tiegħi, u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 10, 1-10
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù qal:
“Tassew tassew ngħidilkom, min ma jidħolx fil-maqjel
tan-nagħaġ mill-bieb imma jaqbeż ġewwa minn naħa oħra,
dak hu ħalliel u brigant. Imma min jidħol mill-bieb hu r-ragħaj tan-nagħaġ.
Min ikun mal-bieb lilu jiftaħ, in-nagħaġ minn leħnu jisimgħu,
u hu jsejjaħ in-nagħaġ tiegħu waħda waħda b’isimhom u joħroġhom barra.
U meta joħroġ in-nagħaġ tiegħu, huwa jmur quddiemhom u n-nagħaġ jimxu warajh, għax jisimgħu leħnu.
Imma wara wieħed barrani ma jimxux, anzi jaħarbu minnu, għax leħen barrani ma jafuhx”.
Din il-parabbola qalhielhom Ġesù, iżda huma ma fehmux x’ried jgħidilhom biha. Għalhekk Ġesù raġa’ qalilhom:
“Tassew tassew ngħidilkom li l-bieb tan-nagħaġ huwa jien. Dawk kollha li ġew sa issa qabli huma ħallelin u briganti.
Iżda n-nagħaġ lilhom ma semgħuhomx. Jiena hu
l-bieb; jekk xi ħadd jidħol ġewwa permezz tiegħi jsalva,
u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa. Il-ħalliel ma jidħolx jekk mhux biex jisraq u joqtol u jeqred.
Jiena ġejt biex ikollkom
il-ħajja, u ħajja bil-kotra”.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu
It-Tnejn
tar-Raba’ Ġimgħa
tal-Għid
Sena B & Ċ