Qassis
il-Kbir u Etern
Festa ta’ Sidna Ġesù Kristu
Qari mill-Ktieb
tal-Ġenesi
Ġenesi 22: 9-18
Meta waslu fil-post li kien semmielu Alla;
u hemm Abraham bena
l-altar u firex il-ħatab fuqu,
u rabat lil ibnu Iżakk u qiegħdu fuq l-altar, fuq
il-ħatab. U Abraham medd idu u qabad is-sikkina biex joqtol lil ibnu.
U sejjaħlu l-anġlu tal-Mulej mis-smewwiet u qallu: ̋ “Abraham, Abraham!”
U dan wieġbu:
“Hawn jien.”
U qallu:
“La tmiddx idek fuq
iż-żagħżugħ u tagħmillu ebda ħsara;
għax issa naf li inti tibża’ minn Alla,
u ma caħħadtnix minn ibnek il-waħdieni.”
U Abraham rafa’ għajnejh, ta ħarsa madwaru,
u ra muntun warajh maqbud minn qrunu fil-friegħi.
U Abraham mar u qabad
il-muntun, u offrieh b’sagrifiċċju tal-ħruq minflok ibnu.
U Abraham semma dak
il-post: “Jahweh-jire”, jiġifieri,
“il-Mulej jipprovdi,”
kif għadu jingħad sal-lum: “Fuq il-muntanja Jahweh-jire, il-Mulej jipprovdi.”
U għat-tieni darba l-anġlu tal-Mulej sejjaħ lil Abraham mis-smewwiet u qallu:
“Naħlef fuq ruħi – oraklu tal-Mulej – la darba int għamilt ħaġa bħal din,
u ma ċaħħadtnix minn ibnek il-waħdieni,
jien imbierkek żgur u nkattarlek sewwa lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema
u bħar-ramel f’xatt
il-baħar;
u nislek għad jiret bwieb
l-għedewwa tiegħu.
U jitbierku b’nislek il-ġnus kollha tal-art
talli smajt minn kelmti.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
R:/Mulej, hawn jien ġej
biex nagħmel
ir-rieda tiegħek.
Salm Responsorjali
Int ma titgħaxxaqx b’sagrifiċċji u offerti;
imma widnejja inti ftaħtli;
ma tlabtnix vittmi tal-ħruq u tat-tpattija.
Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġej”.
R:/Mulej, hawn jien ġej
biex nagħmel
ir-rieda tiegħek.
Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira;
xufftejja ma żammejthomx magħluqa. Mulej, dan inti tafu.
Ma ħbejtx f’qalbi
l-ġustizzja tiegħek;
il-fedeltà u s-salvazzjoni tiegħek jien ħabbarthom.
R:/Mulej, hawn jien ġej
biex nagħmel
ir-rieda tiegħek.
Jithennew u jifirħu bik
dawk kollha li jfittxuk;
jgħidu dejjem:
“Kbir il-Mulej”
dawk li jħobbu
s-salvazzjoni tiegħek.
R:/Mulej, hawn jien ġej
biex nagħmel
ir-rieda tiegħek.
Hallelujah Hallelujah
Kristu obda sal-mewt,
anzi sal-mewt tas-salib.
Għalhekk Alla għollieh
sas-smewwiet u żejjnu
bl-Isem li hu fuq kull isem.
Hallelujah Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mattew
Mt 26: 36-42
Ġesù flimkien mad-dixxipli tiegħu wasal f’qasam, jgħidulu l-Ġetsemani,
u qal lid-dixxipli:
“Oqogħdu bilqiegħda hawn sakemm immur hemmhekk nitlob.”
U ħa miegħu lil Pietru u
ż-żewġ ulied ta’ Żebedew,
u beda jsewwed qalbu u jiddejjaq.
Imbagħad qalilhom:
“Għandi ruħi mnikkta għall-mewt;
ibqgħu hawn u ishru miegħi.”
Mexa kemmxejn ‘il quddiem, inxteħet wiċċu
fl-art jitlob u jgħid:
“Missier, jekk jista’ jkun, biegħed minni dan il-kalċi!
Imma mhux kif irrid jien, iżda kif trid int.”
Ġie ħdejn id-dixxipli u sabhom reqdin;
u qal lil Pietru:
“Mela ma flaħtux tishru siegħa waħda miegħi? Ishru u itolbu biex ma tidħlux
fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef.”
Għat-tieni darba raġa’ mar jitlob u qal:
“Missieri, jekk dan il-kalċi ma jistax jgħaddi mingħajr ma nixorbu, tkun magħmula r-rieda tiegħek.”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Qassis
il-Kbir u Etern
Festa ta’ Sidna Ġesù Kristu