1 of 52

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Ġeremija.

Ġer 30, 1-2.12-15.18-22

2 of 52

Il-kelma li ġiet lil Ġeremija mill-Mulej:

3 of 52

“Dan jgħid il-Mulej Alla ta' Iżrael: ikteb fi ktieb

il-kliem kollu li għedtlek.

4 of 52

Ma hemmx fejqan għalik; il-ġerħa tiegħek ma tiddewwiex.

5 of 52

Ma hemmx min jieħu f'idejh il-kawża tiegħek; għal ġerħitek m'għandekx duwa u fejqan.

6 of 52

Ħbiebek kollha nsewk, m'humiex ifittxuk.

7 of 52

Għax minħabba l-kotra ta’ dnubietek sawwattek

bħallikieku kont l-għadu tiegħek, widdibtek

bl-aħrax,

8 of 52

għax kibru qatigħ ħtijietek.

Għalfejn tgħajjat

bil-ġerħa tiegħek?

9 of 52

Ma tfiqx mit-tbenġil tiegħek;

minħabba l-kotra ta' dnubietek; għax kibru

ħtijietek jien ġibt dan fuqek.

10 of 52

Hekk jgħid il-Mulej: Araw, se nbiddel ix-xorti ta' tined Ġakobb,

se nħenn għall-għerejjex tiegħu:

11 of 52

Il-belt tinbena fuq l-għolja tagħha;

jerġa' jitla’ l-palazz fejn kien,

12 of 52

u minnhom joħroġ għana ta' radd il-ħajr u għana ta' ferħ.

13 of 52

Inkattarhom, u ma jkunux ftit;

inkabbarhom u ma jiċkinux.

14 of 52

U wliedhom ikunu bħal qabel, u quddiemi tinġabar ġemgħathom.

Jien nikkastiga

l-għakkiesa tagħhom.

15 of 52

U l-prinċep tagħhom ikun

wieħed minnhom;

u l-mexxej tagħhom joħroġ minn nofshom.

16 of 52

Jien inressqu lejja u hu jersaq lejja; għax min se jissogra jersaq lejja minn rajh?

17 of 52

Oraklu tal-Mulej.

U intom tkunu l-poplu

tiegħi, u jien inkun l-Alla tagħkom.

18 of 52

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

19 of 52

Salm Responsorjali

R:/ Il-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher

fis-sebħ tiegħu.

20 of 52

Ħa jkollhom il-ġnus

il-biża' ta' ismek, Mulej,

u s-slaten kollha tal-art

il-biża' tas-sebħ tiegħek,

21 of 52

meta l-Mulej jerġa' jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ tiegħu.

22 of 52

U jisma' t-talb

tal-mitluqin, ma jistmellx it-talb tagħhom.

23 of 52

R:/ Il-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ tiegħu.

24 of 52

Jinkiteb dan għan-nisel li

għad jiġi,

u poplu ġdid għad ifaħħar lill-Mulej.

25 of 52

Il-Mulej iħares 'l isfel

mill-għoli tas-santwarju tiegħu,

u jittawwal mis-sema lejn

l-art,

26 of 52

biex jisma' l-krib

tal-ilsiera,

biex jeħles 'il dawk li huma għall-mewt.

27 of 52

R:/ Il-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ tiegħu.

28 of 52

Ulied il-qaddejja tiegħek ikollhom darhom;

nisilhom jibqa' għal dejjem quddiemek.

29 of 52

U hekk jixxandar f'Sijon isem il-Mulej, u f’Ġerusalemm it-tifħir tiegħu,

30 of 52

meta l-popli flimkien jinġemgħu,

u saltniet biex jaqdu

l-Mulej.

31 of 52

R:/ Il-Mulej jerġa’ jibni lil Sijon, u jidher fis-sebħ tiegħu.

32 of 52

Hallelujah, Hallelujah

33 of 52

Rabbi, int l-Iben ta’ Alla,

inti s-sultan ta’ Iżrael!

34 of 52

Hallelujah, Hallelujah

35 of 52

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 14, 22-36

Glorja lilek Mulej

36 of 52

Wara li l-folla kielet, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat lin-nies.

37 of 52

Wara li bagħat lin-nies, tela' waħdu fuq l-għoljiet biex jitlob.

Xħin sar filgħaxija kien għadu hemm fuq, waħdu.

38 of 52

Id-dgħajsa kienet diġà f'nofs il -baħar titħabat

mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom.

39 of 52

Fir-raba' sahra tal-lejl mar

lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru.

40 of 52

“Dan xi fantażma!”

qalu; u qabdu jgħajjtu

bil-biża'. Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom:

41 of 52

“Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!”

42 of 52

Wieġeb Pietru u qallu:

“Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq

l -ilma.”

“Ejja!”

43 of 52

qallu Ġesù. Pietru niżel

mid-dgħajsa, u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù.

44 of 52

Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, baża', ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid:

45 of 52

“Salvani, Mulej!”

Malajr Ġesù medd idu u qabdu, u qallu:

46 of 52

“Bniedem ta' fidi żgħira, għaliex iddubitajt?”

47 of 52

Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf. Dawk li kienu

fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu:

48 of 52

“Tassew, int Bin Alla!”

Qasmu għan-naħa l-oħra u

marru fl-art ta' Ġennesaret.

49 of 52

In-nies ta' hemm għarfuh, u xerrdu l-aħbar ma' dawk

l-inħawi kollha.

50 of 52

Bdew iressqulu quddiemu l-morda kollha u jitolbuh iħallihom imissulu mqar tarf il-libsa; u dawk kollha li messewh fiequ.

51 of 52

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

52 of 52