1 of 39

Qari mit-Tieni Ktieb

ta’ Samwel

2 Sam 5, 1-7.10

2 of 39

F’dak iż-żmien, it-tribujiet kollha ta’ Iżrael ġew għand David f’Ħebron u qalulu:

3 of 39

“Arana, għadmek u laħmek aħna!

Fl-imgħoddi, meta Sawl kien sultan fuqna,

4 of 39

kont int li kont toħroġ lil Iżrael għall-gwerra u ġġibhom lura, u l-Mulej qallek:

5 of 39

‘Int għad tirgħa l-poplu

tiegħi u tkun prinċep fuq Iżrael.’ ”

6 of 39

U x-xjuħ kollha ta’ Iżrael ġew għand is-Sultan f’Ħebron u s-sultan David għamel patt magħhom

f’Ħebron quddiem il-Mulej;

7 of 39

u lil David dilkuh sultan fuq Iżrael.

Tletin sena kellu David meta sar sultan, u dam isaltan erbgħin sena;

8 of 39

seba’ snin u sitt xhur fuq Ġuda f’Ħebron; u tlieta u tletin sena f’Ġerusalemm fuq Iżrael kollu u fuq Ġuda.

9 of 39

Is-sultan mar bin-nies tiegħu Ġerusalemm kontra l-Ġebusin, li kienu

jgħammru fil-pajjiż. U qalu lil David:

10 of 39

“Ma tidħolx hawn! Biżżejjed l-għomja u

z-zopop biex ikeċċuk,”

fi kliem ieħor:

“David ma jidħolx.”

11 of 39

Imma David ħa f’idejh

il-fortizza ta’ Sijon, li hi

l-Belt ta’ David.

12 of 39

U David baqa’ dejjem jissaħħaħ u l-Mulej, Alla tal-eżerċti, kien

dejjem miegħu.

13 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

14 of 39

R:/ Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tieba tiegħi

Salm Responsorjali

15 of 39

Dhert fl-imgħoddi lil ħbiebek u għedtilhom:

16 of 39

“Jien qegħedt il-kuruna fuq ras wieħed qalbieni;

ħtart żagħżugħ u għollejtu fuq il-poplu.”

17 of 39

R:/ Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tieba tiegħi

18 of 39

“Sibt ‘il David, qaddej tiegħi, biż-żejt imqaddes tiegħi dliktu; tkun idi dejjem miegħu, u nsaħħu wkoll bi driegħi.”

19 of 39

R:/ Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tieba tiegħi

20 of 39

“Miegħu jkunu l-fedeltà u

t-tieba tiegħi;

b’ismi tissaħħaħ il-qawwa tiegħu.

21 of 39

Is-setgħa ta’ idejh nifrex fuq il-baħar;

fuq ix-xmajjar taħkem

il-leminija tiegħu.”

22 of 39

R:/ Miegħu jkunu l-fedeltà u t-tieba tiegħi

23 of 39

Hallelujah, Hallelujah

24 of 39

Is-Salvatur tagħna Kristu Ġesù qered il-mewt

u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz

tal-Evanġelju.

25 of 39

Hallelujah, Hallelujah

26 of 39

Qari mill-Evanġelju skont

San Mark

Mk 3, 22-30

R:/ Glorja lilek Mulej

27 of 39

F’dak iż-żmien, il-kittieba li kienu niżlu minn Ġerusalemm bdew

jgħidu:

28 of 39

“Dan Ġesù għandu fih lil Begħelżebul,”

u wkoll:

29 of 39

“Dan bis-saħħa

tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċihom

ix-xjaten.”

30 of 39

Ġesù sejħilhom lejh u beda jkellimhom bil-parabboli:

31 of 39

“Kif jista’ x-Xitan ikeċċi

x-Xitan? Jekk saltna tinqasam fiha nfisha, dik

is-saltna ma tistax iżżomm wieqfa.

32 of 39

U jekk familja tinqasam fiha nfisha, dik il-familja ma tistax iżżomm wieqfa.

33 of 39

Li kieku mela x-Xitan qam

kontra tiegħu nnifsu u nfired, ma kienx jista’ jżomm sħiħ, imma jkun

wasal fit-tmiem.

34 of 39

Ħadd ma jista’ jidħol

fid-dar ta’ wieħed qawwi u jaħtaflu ġidu jekk qabel ma jkunx rabat lil dak

il-qawwi;

35 of 39

imbagħad id-dar jaħtafhielu żgur. Tassew ngħidilkom, kollox jinħafrilhom lil ulied

il-bniedem,

36 of 39

id-dnubiet u d-dagħa kollu li jidgħu. Imma min jieqaf

lill-Ispirtu s-Santu ma jkollu qatt maħfra; jibqa’ ħati għal dejjem.”

37 of 39

Għax kienu qalu:

“Għandu fih spirtu ħażin.”

38 of 39

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

39 of 39