1 of 50

Il-Ġimgħa

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Għid

2 of 50

Qari mill-Ktieb

tal-Atti tal-Appostli

Atti 5, 34-42

3 of 50

F’dak iż-żmien, wieħed Fariżew, jismu Gamaljel, mgħallem fil-Liġi u miġjub mill-poplu kollu,

4 of 50

qam fis-Sinedriju u ordna li

lill-appostli joħorġuhom ’il barra għal ftit. Imbagħad qal lil sħabu:

5 of 50

“Irġiel ta’ Iżrael, iftħu għajnejkom x’sejrin

tagħmlu lil dawn in-nies.

6 of 50

Ftit żmien ilu qam Tewda u beda jgħid li hu xi ħaġa; u madwar erba’ mitt raġel qablu miegħu.

7 of 50

Dan qatluh, u dawk kollha li kienu marru warajh tferrxu u ġew fix-xejn. Warajh ġie Ġuda l-Galilew, fi żmien iċ-ċensiment,

8 of 50

u ġibed poplu sħiħ warajh. Lil dan ukoll qatluh, u xterdu dawk kollha li kienu marru warajh.

9 of 50

Fuq dan li ġara issa, ngħidilkom: ħallukom minn dawn in-nies u itilquhom.

10 of 50

Għax dan il-ħsieb jew ħidma tagħhom, jekk hi ġejja mill-bnedmin, għad tisfa fix-xejn; iżda jekk hi ġejja minn Alla,

11 of 50

ma jseħħilkomx teqirduhom. Araw li ma ssibux ruħkom li qegħdin teħduha kontra Alla!”.

12 of 50

Imbagħad qagħdu fuq

il-parir tiegħu. Sejħu

lill-appostli quddiemhom, u, wara li tawhom is-swat,

13 of 50

ordnawlhom li ma jitkellmux fuq l-isem ta’ Ġesù; imbagħad telquhom. Iżda huma ħarġu minn quddiem is-Sinedriju ferħana

14 of 50

talli ġew meqjusa bħala nies li jistħoqqilhom li jkunu mmaqdra minħabba l-isem ta’ Ġesù.

15 of 50

U kuljum, fit-tempju u fi djarhom, kienu jgħallmu u jxandru bla waqfien li Ġesù hu l-Messija.

16 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

17 of 50

R:/ Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej: li ngħammar fid-dar tiegħu

Salm Responsorjali

18 of 50

Il-Mulej id-dawl u

s-salvazzjoni tiegħi;

minn min għandi nibża’?

19 of 50

Il-Mulej hu l-kenn tiegħi;

quddiem min għandi nitwerwer?

20 of 50

R:/ Ħaġa waħda tlabt

lill-Mulej: li ngħammar fid-dar tiegħu

21 of 50

Ħaġa waħda tlabt

lill-Mulej,

ħaġa waħda nfittex:

li ngħammar f’dar il-Mulej

tul il-jiem kollha ta’ ħajti;

22 of 50

biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej

jien u nħares lejn it-tempju tiegħu.

23 of 50

R:/ Ħaġa waħda tlabt

lill-Mulej: li ngħammar fid-dar tiegħu

24 of 50

Nemmen li għad nara

t-tieba tal-Mulej f’art

il-ħajjin.

25 of 50

Ittama fil-Mulej,

żomm sħiħ u qawwi qalbek;

ittama fil-Mulej.

26 of 50

R:/ Ħaġa waħda tlabt

lill-Mulej: li ngħammar fid-dar tiegħu

27 of 50

Hallelujah, Hallelujah

28 of 50

Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix,

iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla .

29 of 50

Hallelujah, Hallelujah

30 of 50

Qari mill-Evanġelju skont

San Ġwann

Ġw 6, 1-15

R:/ Glorja lilek Mulej

31 of 50

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn in-naħa l-oħra tal-baħar tal-Galilija, jew ta’ Tiberija.

32 of 50

Ħafna nies marru warajh, għax raw is-sinjali li kien jagħmel bil-fejqan

tal-morda.

33 of 50

Ġesù tela’ lejn

l-għoljiet u qagħad hemm bilqiegħda mad-dixxipli tiegħu. Kien qrib l-Għid,

il-festa tal-Lhud.

34 of 50

Ġesù rafa’ għajnejh, lemaħ kotra ta’ nies ġejja lejh, u qal lil Filippu:

35 of 50

“Mnejn nixtru l-ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”.

36 of 50

Dan qalhulu biex jippruvah, għaliex hu kien jaf x’sejjer jagħmel. Filippu wieġbu:

37 of 50

“Mitejn dinar ħobż ma jkunux biżżejjed għalihom biex kull wieħed minnhom jieħu xi ftit”.

38 of 50

Wieħed mid-dixxipli tiegħu,

Indrì, ħu Xmun Pietru, qallu:

39 of 50

“Hawn tfajjel li għandu ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar; imma dawn x’inhuma għal daqshekk nies?”.

40 of 50

“Qiegħdu n-nies bilqiegħda!”,

qal Ġesù.

41 of 50

Dik in-naħa kien hemm ħafna ħaxix. Għalhekk

in-nies, xi ħamest elef raġel, qagħdu bilqiegħda.

42 of 50

Ġesù ħa l-ħobżiet, radd

il-ħajr, u qassamhom lil dawk li kienu bilqiegħda; hekk ukoll għamel bil-ħut, u kulħadd ħa kemm ried.

43 of 50

Meta xebgħu, Ġesù qal

lid-dixxipli tiegħu:

44 of 50

“Iġbru l-loqom li baqa’, biex xejn ma jinħela”.

45 of 50

Marru jiġbruhom, u mlew

tnax-il qoffa bil-loqom li kien fadlilhom in-nies

mill-ħames ħobżiet

tax-xgħir wara li kienu kielu.

46 of 50

Għalhekk dawn in-nies, meta raw dan is-sinjal li għamel Ġesù, qalu:

“Dan hu tassew il-Profeta li għandu jiġi fid-dinja!”.

47 of 50

Imma Ġesù, meta ntebaħ li kienu ġejjin biex jeħduh bilfors ħalli jagħmluh sultan, raġa’ warrab waħdu lejn l-għoljiet.

48 of 50

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

49 of 50

Il-Ġimgħa

tat-Tieni Ġimgħa

tal-Għid

50 of 50