1 of 69

2 of 69

Glorja `l Alla fil-għoli

tas-smewwiet, u paċi fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.

3 of 69

Infaħħruk,

inberkuk,

nadurawk,

nagħtuk ġieh.

4 of 69

Inroddulek ħajr

għall-glorja kbira tiegħek. Mulej Alla, Sultan

tas-sema,

Alla Missier li tista’ kollox.

5 of 69

Mulej Iben waħdieni, Ġesù Kristu,

Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla, Bin il-Missier.

6 of 69

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ħenn għalina.

Int li tneħħi d-dnubiet

tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna.

7 of 69

Int li qiegħed fuq il-lemin tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis, Int waħdek Mulej,

Int waħdek il-għoli,

8 of 69

Ġesu’ Kristu, ma’ l-Ispirtu

s-Santu:

fil-glorja tal-Missier Alla.

Ammen.

9 of 69

10 of 69

Qari mill-Ktieb

tal-Profeta Eżekjel

Eżek 18, 25-28

11 of 69

Dan jgħid il-Mulej:

12 of 69

“Intom tgħidu: ‘M’hijiex sewwa l-imġiba

tal-Mulej!’. Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi m’hijiex sewwa?

13 of 69

Mhux l-imġiba tagħkom li m’hijiex sewwa?

Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen,

14 of 69

u jmut minħabba dan, minħabba ħżunitu jkun miet.

15 of 69

Imma jekk il-midneb jerġa’ lura mid-dnub li jkun għamel, u jagħmel

il-ħaqq u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu.

16 of 69

Għax ikun intebaħ u reġa’ lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa’ ħaj u ma jmutx”.

17 of 69

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

18 of 69

R:/ Ftakar fil-ħniena u

t-tjieba tiegħek, Mulej

Salm Responsorjali

19 of 69

Triqatek, Mulej, għarrafni,

il-mogħdijiet tiegħek għallimni.

Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni,

20 of 69

għax int Alla

tas-salvazzjoni tiegħi.

Għalik nixxennaq il-jum kollu.

21 of 69

R:/ Ftakar fil-ħniena u

t-tjieba tiegħek, Mulej

22 of 69

Ftakar fil-ħniena u

fit-tjieba tiegħek,

għax huma minn dejjem, Mulej.

23 of 69

Tiftakarx fil-ħtijiet u

fid-dnubiet ta’ żgħożiti:

inti tajjeb, Mulej;

ftakar fija skond it-tjieba tiegħek.

24 of 69

R:/ Ftakar fil-ħniena u

t-tjieba tiegħek, Mulej

25 of 69

Tajjeb u sewwa l-Mulej;

għalhekk juri triqtu

lill-ħatja.

26 of 69

Imexxi l-imsejkna

fis-sewwa,

jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu.

27 of 69

R:/ Ftakar fil-ħniena u

t-tjieba tiegħek, Mulej

28 of 69

Qari mill-Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Filippin

Fil 2, 1-11

29 of 69

Ħuti, jekk hemm fikom xi faraġ fi Kristu; jekk hemm xi kelma ta’ ħlewwa

fl-imħabba; jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu;

30 of 69

jekk hemm xi ħniena u mogħdrija; kunu fehma waħda u mlewni bil-ferħ!

31 of 69

Ħa jkollkom l-istess imħabba, u ruħ waħda

u ħsieb wieħed.

32 of 69

Tagħmlu xejn b’pika ta’ partit, anqas għall-ftaħir fieragħ; imma kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu.

33 of 69

Ħadd minnkom ma għandu jfittex li jaqbillu, imma li jaqbel lil ħaddieħor.

34 of 69

Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù:

hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,

35 of 69

iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir;

sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem;

36 of 69

ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt, anzi

sal-mewt tas-salib.

37 of 69

Għalhekk Alla għollieh

sas-smewwiet u żejnu

bl-isem li hu fuq kull isem,

38 of 69

biex fl-isem ta’ Ġesù

  • fis-sema, fl-art u f’qiegħ

l-art - il-ħlejjaq kollha

jinżlu għarkubbtejhom,

u kull ilsien jistqarr:

39 of 69

“Ġesù Kristu hu l-Mulej”,

għall-glorja ta’ Alla

l-Missier.

40 of 69

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Irroddu ħajr lil Alla

41 of 69

Hallelujah, Hallelujah

42 of 69

In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni,

u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

43 of 69

Hallelujah, Hallelujah

44 of 69

Qari mill-Evanġelju skont

San Mattew

Mt 21, 28-32

R:/ Glorja lilek Mulej

45 of 69

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u

lix-xjuħ tal-poplu:

46 of 69

“Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu:

47 of 69

‘Ibni, illum mur aħdem

l-għalqa tad-dwieli”.

U dak qallu: “Ma rridx”.

Iżda mbagħad biddel

il-fehma u mar.

48 of 69

Resaq fuq l-ieħor u qallu

l-istess. ‘Arani sejjer, sidi,’

qallu dan, u ma mar xejn.

49 of 69

Min minnhom it-tnejn għamel kif ried

il-missier?”.

50 of 69

“L-ewwel wieħed”, weġbuh.

U qalilhom Ġesù:

51 of 69

“Tassew, ngħidilkom, li

l-pubblikani u n-nisa

tat-triq deħlin qabilkom fis-Saltna ta’ Alla.

52 of 69

Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja,

53 of 69

u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu

dan kollu,

54 of 69

bqajtu sal-aħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx”.

55 of 69

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ Tifħir lilek Kristu

56 of 69

57 of 69

Jiena nemmen f’Alla wieħed, il-Missier li jista’ kollox, li ħalaq is-sema u

l-art, dak kollu li jidher u dak li ma jidhirx.

58 of 69

U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,

imnissel mill-Missier

qabel kull żmien.

59 of 69

Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier u bih sar kollox.

60 of 69

Niżel mis-smewwiet għalina

l-bnedmin u għall-fidwa

tagħna.

61 of 69

U ħa l-ġisem

bis-setgħa tal-Ispirtu

s-Santu minn Marija Verġni u sar bniedem.

62 of 69

Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh, u fit-tielet jum qam minn bejn l-imwiet, skont

il-Kotba mqaddsa,

63 of 69

u tela’ s-sema, u qieghed fuq

il-lemin tal-Missier.

64 of 69

U għandu jerġa jiġi

bil-glorja biex jagħmel ħaqq

mill-ħajjin u mill-mejtin, u s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.

65 of 69

U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej

mill-Missier u mill-Iben:

66 of 69

li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u

mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.

67 of 69

U fi Knisja waħda, qaddisa, kattolika, appostolika.

Nistqarr magħmudija waħda

għall-maħfra tad-dnubiet.

68 of 69

U nistenna l-qawma

mill-imwiet, u l-ħajja

taż-żmien li ġej.

Ammen.

69 of 69