Ir-Raba’ Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Ara, ix-xebba
tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El:
“Alla magħna.”
Ġużeppi
niltaqgħu ma …
Min kien Ġużeppi?
Raġel ta’ Fidi Kbira
Hu kien bniedem ta' fidi kbira tant li ma ħalliex il-biza taħkmu meta ma fehemx għalkollox dak li Alla ried minnu. � (ara Mt 1:18-24)
Raġel ta’ kuraġġ
(ara Mt 1:18-24)
Raġel Umli
Quddiem xi biżagħt, itlob lil Ġesu jagħtik il-qawwa u
l-kuraġġ biex tagħmel dejjem dak li hu sewwa.
Ġużeppi jagħllimna li ...
Ir-Raba’ Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Ara, ix-xebba
tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El:
“Alla magħna.”
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Ir-Raba’ Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Ara, ix-xebba
tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El:
“Alla magħna.”
Qari I
Arawha, ix-xebba ssir omm.��������
Qari mill-Ktieb
tal-Profeta Iżaija. 17, 10-14
F’dak iż-żmien,
il-Mulej issokta jkellem
lil Aħaż u jgħidlu:
«Itlob sinjal għalik mingħand
il-Mulej, Alla tiegħek,
f’qiegħ l-art jew
fl-għoli tas-smewwiet.»
U Aħaż wieġeb:
«Ma nitlobx:
ma rridx nittanta
lill-Mulej.»
U l-profeta wieġeb:
«Isimgħu, mela, dar David!
«Mhux biżżejjed
għalikom li tkiddu
lill-bnedmin,
biex issa se tkiddu
lil Alla tiegħi?
«Għalhekk is-sinjal jagħtihulkom Sidi stess:
«Araw,
ix-xebba titqal
u tiled iben,
u ssemmih
Għimmanu-El.»
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm23 (24), 1-2.3-4ab.5-6��������
℟. Ħa jidħol il-Mulej,
hu s-Sultan tal-glorja.
Tal-Mulej hi l-art
u kull ma fiha,
id-dinja
u kull ma jgħix fiha.
Għax hu fuq l-ibħra waqqafha
u fuq ix-xmajjar
fis-sod qegħedha.
℟. Ħa jidħol il-Mulej,
hu s-Sultan tal-glorja.
Min jista’ jitla’
fuq l-għolja tal-Mulej,
min joqgħod
fil-post imqaddes tiegħu?
Min għandu
idejh indaf u qalbu safja,
min ma jagħtix ruħu
għall-frugħa.
℟. Ħa jidħol il-Mulej,
hu s-Sultan tal-glorja.
Dan ikollu barka mingħand
il-Mulej,
u l-ħlas li ħaqqu minn Alla,
is-Salvatur tiegħu.
Dan hu n-nisel
ta’ dawk li jfittxuh;
li jfittxu ’l wiċċek,
Alla ta’ Ġakobb.
℟. Ħa jidħol il-Mulej,
hu s-Sultan tal-glorja.
Qari II
Ġesù Kristu, min-nisel ta’ David, u iben ta’ Alla.�����
Qari mill-Ittra
ta’ San Pawl Appostlu
lir-Rumani. 1, 1–7
Pawlu,
qaddej ta’ Kristu Ġesù,
imsejjaħ
biex ikun appostlu, maħtur
għall-Evanġelju ta’ Alla.
Dan hu l-Evanġelju
li Alla kien wiegħed
permezz tal-profeti
fil-Kotba Mqaddsa
dwar Ibnu
Ġesù Kristu Sidna li,
skont it-tnissil tal-ġisem, twieled min-nisel
ta’ David,
u, skont l-Ispirtu s-Santu,
ġie rivelat bħala
l-Iben ta’ Alla
b’kull qawwa permezz
tal-qawmien mill-imwiet.
Bih aħna rċevejna
l-grazzja tal-appostolat biex inwasslu
għall-ubbidjenza tal-fidi
l-bnedmin
fost il-ġnus kollha
għall-ġieħ ta’ ismu.
Fosthom
tinsabu intom ukoll,
imsejħin biex tkunu
ta’ Ġesù Kristu;
lill-maħbubin kollha
ta’ Alla
li jinsabu Ruma
msejħin
biex ikunu qaddisin:
grazzja lilkom u sliem
mingħand Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah. ℟.Hallelujah.
Hallelujah, Hallelujah
Mattew 1, 23��
Ara, ix-xebba
tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El:
“Alla magħna.”
Hallelujah. ℟.Hallelujah.
Hallelujah, Hallelujah
Evanġelju
Ġesù jitwieled minn Marija l-għarusa ta’ Ġużeppi, bin David��������
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Mattew. 1, 18-24
It-tnissil
ta’ Ġesù l-Messija
sar hekk:
ommu Marija,
wara li tgħarrset
ma’ Ġużeppi,
qabel ma marru
joqogħdu flimkien,
saret omm
bil-ħidma
tal-Ispirtu s-Santu.
Żewġha Ġużeppi,
li kien raġel ġust
u ma riedx ixandarha quddiem kulħadd,
għamel il-ħsieb
li jibgħatha
bil-moħbi tan-nies.
Meta kien
għadu qiegħed jaħsibha, deherlu anġlu tal-Mulej
fil-ħolm u qallu:
«Ġużeppi, bin David,
xejn la tibża’
tieħu għandek
lil martek Marija,
«għax dak
li tnissel fiha
ġej mill-Ispirtu s-Santu.
«Hi se jkollha iben,
u inti ssemmih Ġesù,
għax hu jsalva
l-poplu tiegħu
minn dnubiethom.»
Dan kollu ġara
biex iseħħ
dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta,
meta qal:
«Ara,
ix-xebba tnissel
u jkollha iben,
u jsemmuh
Għimmanu-El,»
li bi lsienna jfisser
“Alla magħna.”
Ġużeppi, meta qam,
għamel kif ordnalu
l-anġlu tal-Mulej,
u ħa lil martu għandu.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Ir-Raba’ Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Ara, ix-xebba
tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El:
“Alla magħna.”
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Ir-Raba’ Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Ara, ix-xebba
tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El:
“Alla magħna.”
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna.
U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem.
Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem.
U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Ir-Raba’ Ħadd
tal-Avvent
Sena A
Ara, ix-xebba
tnissel u jkollha iben,
u jsemmuh Għimmanu-El:
“Alla magħna.”