Bidu tat-Tieni Ittra ta’
San Pietru
appostlu
2 Piet 1, 2-7
Grazzja lilkom u sliem bil- kotra, bis-saħħa tal-għarfien sħiħ tagħkom ta’ Alla u ta’ Ġesù Sidna.
Is-segħta tiegħu ta’ Alla
tatna dak kollu li hu meħtieġ għall-ħajja u t-tieba,
billi għarrfitna ’l dak li sejħilna għall-glorja u
l-qawwa tiegħu nnifsu.
Bis-saħħa ta’ dawn huwa tana l-egħżeż u l-akbar ġid li kien wegħedna,
biex bih wara li tkunu ħlistu
mit-taħsir li hawn fid-dinja ħtija tal-ġibdiet ħżiena - tissieħbu fin-natura ta’ Alla.
Għalhekk, mela, kunu ħerqana biex iżżidu
mal-fidi l-virtù,
mal-virtù l-għerf;
mal-għerf ir-rażna;
mar-rażna s-sabar;
mas-sabar it-tieba;
mat-tieba l-ħbiberija tal-aħwa;
mal-ħbiberija tal-aħwa
l-imħabba.
Il-Kelma tal-Mulej�R/. Irroddu ħajr lil Alla
R./ Alla tiegħi,
jien fik nittama
Salm Responsorjali
Int li tgħix
għall-kenn tal-Għoli,
li tgħammar għad-dell
ta’ dak li jista’ kollox,
għid lill-Mulej:
“Kenn tiegħi u qawwa
tiegħi int, Alla tiegħi,
jien fik nittama.”
R./ Alla tiegħi,
jien fik nittama
La tħabbeb miegħi,
jien neħilsu;
la għaraf ismi,
jien nħarsu.
Hu jsejjaħli,
u jiena nwieġbu;
miegħu nkun
fid-dwejjaq tiegħu.
R./ Alla tiegħi,
jien fik nittama
Neħilsu u nerfagħlu ġieħu;
u b’għomor twil nimlieh,
nurih is-salvazzjoni tiegħi.
R./ Alla tiegħi,
jien fik nittama
Hallelujah, Hallelujah
Ġesù Kristu, ix-xhud fidil,
il-Kbir fost il-mejtin, ħabbna u ħallna minn dnubietna bis-saħħa ta’ demmu.
Hallelujah, Hallelujah
Qari mill-Evanġelju skont
San Mark
Mk 12, 1-12
R:/ Glorja lilek Mulej
F’dak iż-żmien, Ġesù beda jkellem lill-qassisin,
lill-kittieba u lix-xjuħ
tal-poplu bil-parabboli:
“Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri,
u qabbilha lil xi bdiewa.
U siefer f’art oħra.
Meta wasal iż-żmien,
bagħat qaddej għand dawk il-bdiewa biex jiġborlu mingħandhom is-sehem li kien imiss lilu mill-frott
tal-għalqa.
Iżda huma qabduh, sawtuh, u bagħtuh lura idu f’idu.
Raġa’ bagħtilhom qaddej ieħor, u lil dan ukoll tawh fuq rasu u ġiebu ruħhom ħażin ħafna miegħu.
Bagħtilhom ieħor, u lil dan
qatluh. Hekk ukoll bosta oħrajn; lil xi wħud minnhom sawtuhom, u lil xi oħrajn qatluhom.
Kien baqagħlu wieħed ieħor, ibnu l-għażiż.
Fl-aħħar bagħtilhom lilu.
‘Minn ibni jistħu!’ qal.
Iżda dawk il-bdiewa bdew jgħidu bejniethom:
‘Ara l-werriet! Ejjew noqtluh u l-wirt tiegħu jaqa’ fuqna.’
Qabduh u qatluh, u xeħtuh barra mill-għalqa.
X’jagħmel sid l-għalqa? Jiġi u jeqred il-bdiewa, u
l-għalqa jqabbilha lil ħaddieħor. Anqas din
l-Iskrittura ma qrajtu:
‘Il-ġebla li warrbu
l-bennejja saret il-ġebla
tax-xewka; bis-saħħa
tal-Mulej seħħ dan; ħaġa
tal-għaġeb f’għajnejna’”
Huma riedu kieku jaqbduh taħt idejhom, għax fehmu li dik il-parabbola kien qalha għalihom;
imma beżgħu min-nies, u għalhekk ħallewh u telqu.
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ Tifħir lilek Kristu