Ħames Ħadd tal-Għid
Sena Ċ
Glorja `l Alla fil-għoli
tas-smewwiet, u paċi fl-art
lill-bnedmin ta’ rieda tajba.
Infaħħruk, inberkuk, nadurawk, nagħtuk ġieh. Inroddulek ħajr għall-glorja kbira tiegħek.
Mulej Alla,
Sultan tas-sema,
Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben waħdieni,
Ġesù Kristu,
Mulej Alla, Ħaruf ta’ Alla,
Bin il-Missier.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ħenn għalina.
Int li tneħħi d-dnubiet
tad-dinja, ilqa’ t-talb tagħna. Int li qiegħed fuq il-lemin
tal-Missier, ħenn għalina. Għaliex Int waħdek Qaddis,
Int waħdek Mulej,
Int waħdek il-għoli,
Ġesù Kristu,
ma’ l-Ispirtu s-Santu:
fil-glorja tal-Missier Alla. Ammen.
Ħames Ħadd tal-Għid
Sena Ċ
Qari I
Għarrfu lill-Knisja b’dak kollu li Alla għamel magħhom.
Qari mill-Ktieb
tal-Atti tal-Appostli. Atti 14:21b-27
F’dak iż-żmien, Pawlu u Barnaba reġgħu lura lejn Listra, Ikonju u Antjokja,
jagħmlu l-qalb lid-dixxipli
u jħeġġuhom biex jibqgħu
fil-fidi, għaliex,
kif kienu jgħidulhom, “jeħtiġilna nbatu ħafna biex nidħlu fis-Saltna ta’ Alla”.
Għamlulhom ukoll presbiteri f’kull Knisja, u bit-talb u
s-sawm ħallewhom f’idejn
il-Mulej, li fih kienu emmnu.
Imbagħad għaddew minn Pisidja u ġew fil-Pamfilja.
Wara li xandru l-kelma f’Perġe, niżlu Attalija; minn hemm marru bil-baħar lejn Antjokja,
mnejn kienu bagħtuhom u rrikkmandawhom f’idejn
il-grazzja ta’ Alla għax-xogħol
li temmew.
Meta waslu, laqqgħu
l-membri tal-Knisja u qagħdu jgħarrfuhom b’dak kollu li
Alla għamel magħhom,
u wrewhom kif fetaħ il-bieb tal-fidi għall-pagani.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Salm Responsorjali
Salm 144(145):8-9,10-11,12-13ab
℟. Imbierek ismek
għal dejjem, Mulej.
Twajjeb u ħanin il-Mulej,
idum biex jagħdab
u kollu tjieba.
Twajjeb ma’ kulħadd il-Mulej,
tjubitu fuq kulma għamel.
℟. Imbierek ismek
għal dejjem, Mulej.
Kulma għamilt iroddlok
ħajr, Mulej;
iberkuk il-ħbieb
tiegħek kollha.
Is-sebħ tas-saltna
tiegħek ixandru,
fuq is-setgħa
tiegħek jitkellmu.
℟. Imbierek ismek
għal dejjem, Mulej.
Jgħarrfu lill-bniedem
il-qawwa tiegħek,
u s-sebħ u l-ġmiel
tas-saltna tiegħek.
Saltnatek hi saltna
għaż-żminijiet kollha,
minn nisel għal nisel
il-ħakma tiegħek.
℟. Imbierek ismek
għal dejjem, Mulej.
Qari II �Il-Mulej jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom.
Qari mill-Ktieb
tal-Apokalissi ta’
San Ġwann Appostlu Apok 21:1-5a
Jiena, Ġwanni, rajt sema ġdid
u art ġdida, għax is-sema ta’ qabel u l-art ta’ qabel għabu,
u ma kienx hemm iżjed baħar.
U l-Belt il-qaddisa, Ġerusalemm il-ġdida,
rajtha nieżla mis-sema mingħand Alla, imħejjija
bħal għarusa mżejna
għall-għarus tagħha.
U smajt leħen qawwi
ġej mit-tron jgħid:
“Din hi l-għamara ta’ Alla
mal-bnedmin!
Hu jgħammar magħhom,
u huma jkunu l-poplu tiegħu,
u Alla nnifsu jkun magħhom, Alla tagħhom.
Hu jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom;
ma jkunx hemm iżjed mewt,
anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed,
għax għabu l-ħwejjeġ ta’ qabel”.
Imbagħad dak li hu
bilqiegħda fuq it-tron qal:
“Ara, se nġedded kollox”.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Hallelujah,
Hallelujah
Ġw 13:34
Nagħtikom kmandament ġdid, jgħid il-Mulej,
li tħobbu lil xulxin
bħalma ħabbejtkom jien.
Hallelujah,
Hallelujah
Evanġelju
Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin.
✠ Qari mill-Evanġelju
skont San Ġwann Ġw 13:31-33a,34-35
Kif ħareġ Ġuda miċ-ċenaklu, Ġesù qal:
“Bin il-bniedem huwa gglorifikat issa, u permezz tiegħu huwa gglorifikat Alla.
Jekk Alla huwa gglorifikat permezz ta’ Bin il-bniedem,
Alla wkoll permezz tiegħu nnifsu għad jigglorifika lilu,
u dalwaqt jigglorifikah.
Uliedi, ftit ieħor se
ndum magħkom.
Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin.
Bħalma ħabbejtkom jien,
hekk ukoll ħobbu intom
lil xulxin.
Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom”.
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. It-tifħir lilek Kristu.
Ħames Ħadd tal-Għid
Sena Ċ
Jiena nemmen f’Alla wieħed,
il-Missier li jista’ kollox,
li ħalaq is-sema u
l-art, dak kollu li jidher
u dak li ma jidhirx.
U f’Mulej wieħed Ġesù Kristu, Iben waħdieni ta’ Alla,
imnissel mill-Missier
qabel kull żmien.
Alla minn Alla, dawl minn dawl, Alla veru minn Alla veru, imnissel mhux magħmul, natura waħda mal-Missier
u bih sar kollox.
Niżel mis-smewwiet għalina
l-bnedmin u għall-fidwa
tagħna. U ħa l-ġisem
bis-setgħa tal-Ispirtu
s-Santu minn Marija Verġni
u sar bniedem. Sallbuh għalina, bata taħt Ponzju Pilatu, miet u difnuh,
u fit-tielet jum qam
minn bejn l-imwiet, skont
il-Kotba mqaddsa,
u tela’ s-sema, u qieghed fuq
il-lemin tal-Missier.
U għandu jerġa jiġi
bil-glorja biex jagħmel ħaqq
mill-ħajjin u mill-mejtin, u
s-saltna tiegħu ma jkollhiex tmiem. U fl-Ispirtu s-Santu, Mulej li jagħti l-ħajja li ġej mill-Missier u mill-Iben:
li Hu meqjum u mweġġah flimkien mal-Missier u
mal-Iben. Hu li tkellem b’fomm il-profeti.
U fi Knisja waħda,
qaddisa, kattolika,appostolika.
Nistqarr magħmudija waħda
għall-maħfra tad-dnubiet.
U nistenna l-qawma
mill-imwiet, u l-ħajja
taż-żmien li ġej.
Ammen.
Ħames Ħadd tal-Għid
Sena Ċ